Min Aħna?

Dan il-blog beda eżatt fil-bidu tal-kampanja referendarja bil-għan li jkun attiv fil-kampanja ta’ l-IVA u jikxef l-għanqbuta ta’ interessi, aġendi moħbija u l-kilba għall-poter ta’ dawn li ma ridux li jidħol il-divorzju f’pajjiżna. Nixtiequ nemmnu li tajna kontribut, żgħir kemm hu żgħir, biex rebaħ l-IVA. Madankollu għadna nofs triq għaliex issa rridu naraw li d-divorzju vera jiddaħħal fil-pajjiż mill-iktar fis skont kif ivvutajna fir-referendum.

Madankollu aħna mhux se nillimitaw rwieħna biss għall-kwistjoni tad-divorzju. Se nibqgħu ninsistu fuq is-sekularita’ ta’ Malta, id-distinzjoni netta bejn Stat u Knisja, u kemm dal-pajjiż jistħoqqlu gvern li l-jmexxi lill-pajjiż b’aġenda progressiva li tkompli tressaqna lejn il-pajjiżi l-oħrajn tal-UE bħala drittijiet u livell ta’ għixien. Ma stajniex inkunu membri sħaħ tal-UE mingħajr id-dritt tad-divorzju u drittijiet ta’ minoranzi oħrajn, u aħna tal-Mazzun se nagħtu l-appoġġ kollu tagħna lil dawk li verament għandhom ideat progressivi.

  1. claudette
    June 3, 2011 at 12:51 pm

    Keep up the good work!

  2. Mary Fiorentino
    June 6, 2011 at 6:42 pm

    Keep it up, you’re doing a great service

  3. C . Fiorentino
    June 6, 2011 at 6:43 pm

    Keep up the good work, well done

  4. June 9, 2011 at 8:27 am

    Id-Distribuzzjoni tal-Gid Nazzjonali. L-ekonomija nazzjonali hi mibnija l-aktar fuq it-taxxi li ma jincentivawx ix-xoghol ghax qisu ghandek butek imtaqqab. Imbaghad l-aktar li hu oxxen hu l-fatt li hu kkalkulat li aktar minn €300 miljun qed jisparixxu mill-kaxxa fl-evazjoni. Smajniha hafna drabi li difficli ghall-ahhar li tikkontrollaha …. imma jekk ma jsirx attakk serju, konsistenti u professjonali! Dan in-nuqqas ta’ agir qed awtomatikament jimponi aktar tbatija fuq dawk li jhallsu sa l-inqas qatra biex jithalla lil min jitpaxxa. Illum il-kuxjenza saret klejma vojta, bla tifsira fir-realta’, hi biss wahda ta’ konvenjenza. Saret il-vuci ta’ ‘aghmel kif jaqbillek’.
    Qatt nisimghu mid-69 dwar l-evazjoni? Dazgur li le. Nisimghu ta’ spiss fuq il-kontijiet esagerati, fuq il-‘poverty line’ dejjem jitwessa’ u jieqfu hemm. Hemm it-Tax Compliance Unit, izda x’qed taghmel qatt ma smajna. Eqq, paraventu iehor! Il-moniteragg f’Malta hu semplici w allura l-investigazzjoni mhix xi haga ta’ barra minn hawn. L-avvanzi li saru fl-uzu tal-informatika huma brillanti u jaghtu rizultati kemm-il darba jintuzaw sewwa. Id-dipartimenti governattivi huma online u tista’ tigbor l-informazzjoni kollha mehtiega. Tisma’ min jghidlek li jekk tintaxxa kif inhu xieraq lill-evazuri tat-taxa, dawn ikeccu ‘l-haddiema. Mhu assolutament veru xejn sakemm ikun hemm prospetti ta’ xoghol.
    Dal-pajjiz li, lanqas jidher fuq il-globu, hu zero fid-dixxiplina u hut iz-zghir huma l-vittmi u jaqilghuha fuq rashom. Ghad-dojoq li jiftahru bil-fomm, infakkarhom x’qal Gesu’ li ghamlu xalata bih m’ilux…’Aghtu lil Cesri dak li hu ta’ Cesri u lil Alla dak li hu ta’ Alla’. It-teologu TF din zgur semaghha u x’sar? Salarju doppju!
    Fl-ahharnett fejn m’hemmx dixxiplina bilfors ikun hemm il-korruzzjoni, aktar ghada millum. Malta hi genna tal-art. Il-famuz poeta ngliz, John Milton, fil-poezija epika tieghu PARADISE LOST – kapolavur fil-letteratura ngliza – jghid li ‘The mind is its own place; you
    can make heaven of hell and hell of heaven’.

  5. June 10, 2011 at 2:08 pm

    WSC saret ARMS…mill-hazin ghall-aghar u s-salarji favoluzi warrbilhom ghax hawn min jemmen li s-salarji jigbdu nies ta’ kalibru. Dan hu insult ghax allura l-gvernijiet kienu mmexxija mic-cwiec. Xejn minn dan u fuq hekk irrid niddedika artiklu.
    Mela l-kontijiet esorbitanti kulhadd jaf x’inhuma. U tahsbux li s-smart meters huma xi invenzjoni mirakoluza. Xejn minn dan, izda skuza biex iwahhlu f’xi haga ghall-kontijiet qawwija li se jkollna. Qabel xejn, fl-ARMS hemm nuqqas serju ta’ staff ta’ kalibru jew stoffa. Fl-akkwati, almenu, ta’ S. Pawil il-Bahar, l-ARMS jidhru li ghandhom meter readers spirti ghax ilhom ma jersqu ‘l hawn zmien konsiderevoli. L-avvizi jibaghtuhom u jieqaf kollox hemm min-naha tal-ARMS. Mela l-konsumaturi bhar-ruffjani qed jigu mitluba jaghmluha ta’ meter readers huma nfushom. Kif tafu, l-arloggi ma setghux isibulhom post aktar imnellah u nkonvenjenti. Ezempju, l-arlogg tal-ilma qieghed ihokk mal-art u anzjan jkollu jghaddi minn ezercizzju arcistrapazzanti jew isib xi ruh tajba biex tghinu. Il-konsumaturi mhumiex fid-dmir li jaghmlu dan u lanqas mhux dmirhom. Assolutament LE.
    Jekk kemm-il darba ma jittehdux passi korrettivi, nerga’ nikteb u nsemmi l-ismijiet u ezattament il-kummiedji li qed jitwettqu mill-ARMS. Tibghat email, tircievi twegiba awtomatika kompjuterizzata fejn jghidulek li se jirrisponduk aktar ‘il-quddiem u jibqghu sejrin b’din il-kantalena.

  6. June 10, 2011 at 2:45 pm

    L-AirMalta kienet immexxija mic-cwiec, mill-ghanqbut, mill-moghoz, insomma sib aggettiv dispreggjattiv. Kien hemm wiehed kien eccezzjonalment ta’ dan it-tip u ghabba lill-AirMalta b’ruxxmata dejn meta nxtraw tip ta’ ajruplani li jidhirli huma midfunin f’xi hangar fl-Ingilterra. Hawn Malta hawn id-drawwa li trid ‘one of the boys’ bhala kwalifika par excellence. Dan l-ahhar it-teologu TF deherlu li jimpjega lil certu Peter Davies ghax dan stilla ta’ €500,000 fis-sena bla taxxa. Nifhem li jgawdi minn fringe benefits ukoll. Mela, s’issa tkeccew 28 haddiem mil-lukanda Selmun Palace u jridu jonqsu aktar mill-AirMalta fil-granet li gejjin. Kemm l-UE, Peter Davies u TF sadattant urewna kapacita’ fenomenali kif isolvu l-problemi ekonomici.
    Jien kont intaffi mill-problema kif se nghid. Nara x’piz qed jinxtehet fuq l-AirMalta u niddiskuti mal-UE li t-tkeccija tal-haddiema mhix se tirranga s-sitwazzjoni ghax il-haddiema jridu jghixu u jista’ jkun il-kaz li jiehdu somma bhala ‘termination of employment’ u anke pensjoni. Wara dan, jitnaqqsu s-salarji gwappi ta’ min l-output tieghu hi nitfa komparata mas-salarju. U fid-dinja hadd mhu indispensabbli, tafux. Li smajt hu li Peter Davies ghadda xi kuntratti tal-AirMalta lil shabu barranin u dan Tonio jafu u ammettieh. Taraw kif xi haga dejjem tista’ ssir. Sentejn ohra, jidher li Malta se tibdel il-libsa. Dan ifisser li l-amministrazzjoni trid timxi fuq linji accettabbli u produttivi. Irid jitfassal qafas ekonomiku u finanzjarju serju qabel ikun tard wisq. Jien dejjem ittrattajt l-ekonomija bhala pazjent. Irid ifiq, jghaddi minn perjodu ta’ konvalexxenza u wara jibda gej f’tieghu. L-ezempju jkaxkar – bil-paroli ma naslu mkien.

  7. June 10, 2011 at 6:32 pm

    B’tifkira tat-tbatijiet li sofriet STAR, hlejqa helwa u sabiha, li htija ta’ min tilef ix-xbiha t’Alla mietet.
    L-imgieba umana tifforma studju psikologu profond u estensiv minhabba li l-bniedem ihaddan ir-raguni jew il-psike li tiffunzjona b’mod stramb ghall-ahhar. Mhux veru li l-bnedmin igibu rwiehhom l-istess ghax kull individwu hu suggestt ghall-ambjent li jitrabba u jghix fih. Hemm min jiehu gost jara ‘l-haddiehor jinhaqar ghax ahdar u ghajjur u jista’ jkollu karattru dghajjef u facilment jigi nfluwenzat , bla karattru. L-istudju psikologiku hu vast u ma lahaqx tmiemu. Mela pari passu mal-medicina, il-psikologija ghadha tavvanza. Meta nharsu lejn l-annimali l-aktar feroci u karnivori , dawn jaslu li jattakkaw meta jhossuhom bil-guh u meta jkunu f’riskju li jkunu attakkati, anke jekk ikollhom l-inqas suspett. Allura nistghu nghidu li l-imgiba ta’ dawn l-annimali hi ferm aktar konsistenti. Tisma’ hafna jlissnu li l-annimali ahjar mill-bniedem, aktar ta’ min jafdahom, fihom aktar xi thobb, proprju ghaliex tista’ tbassar kif se jgibu rwiehhom. U annimal domestikat hu tal-akbar ghajnuna ghall-bniedem hu x’inhu l-annimal. Hu effettivament il-bniedem li qed jisbilancja n-natura ghax egoist u arroganti. Personalment ma naqbilx mal-kacca u lanqas mat-toru u t-tahrig tal-annimali ghac-cirku. Jien qatt ma nista’ naqbel mal-opinjonijiet ta’ dawk li jiskulpaw delitti fahxija bhal qtil volontarju bl-iskuza ta’ mard mentali. Argumenti bazwija! Noqoghdu sejrin hekk, allura kollox mhu xejn. Min spara lil STAR kien ja x’qed iwettaq….sparalha f’rasha, rabtilha gedduma biex hadd ma jismaghha tokrob u l-4 saqajn biex ma tahrabx mit-toqba fejn difinha l-aggressur. STAR ma kenitx kelba aggressiva anzi. Kollox kien mahsub minn qabel, kaz premeditat, ippjanat. J’Alla jinqabad ma jdumx u hemm htiega assoluta li l-ligi tkun100% severa. Xejn inqas!

  8. July 13, 2011 at 8:59 am

    OPEN LETTER TO ARRIVA MANAGING DIRECTOR
    Dear Mr Bastow,
    In your managerial position, you must, no doubt, be well aware that every country has its own particular needs and problems. I trust a preliminary survey was carefully carried out relating to the Malta transport requirements, concentrating on the specific lacunas being experienced by the commuters. What should have immediately met your eyes was (i) the narrow streets open to buses; (ii) inconvenience of sultry weather and occasional very cold days, so needing air conditioning; (iii) time scheduling: some of the former buses made trips hourly – so an improved timetable; (iv) introducing discipline on a hire-fire basis; (v) improving customer relations, including customer care.

    Of the foregoing, one observes there have been a number of positive measures taken, but they have to be implemented holistically. With regard to driver complement, this seems to be a serious lacuna adversely affecting transport efficiency. Well, dissenting drivers should be penalised as they must be subservient to their call of duty.

    I am positive the commuters would be all out to cooperate once they do experience a reassuring attitude.

    Sincerely,
    Joseph

  9. July 13, 2011 at 10:03 pm

    Lawrence Gonzi e la sua bella compagnia. Il-kuxjenza nigżithom bħal tnejn oħra fuq in-naħa l-oħra. Niġu għal Gonzi. Iż-żidiet ma ċaqilqulhomx il-kuxjenza. Meta jasal jum il-ħaqq sentejn oħra, il-poplu għandu jiftakar fil-kuxjenza tal-konvenjenza u ma jkunx ċuċ li jerġa’ jitqanna b’GONZI e la sua bella compagnia.

  10. July 17, 2011 at 8:56 pm

    Lura lejn l-epoka tal-Gran Mastri? Araw x’ironija. Ħafna mill-monumenti uniċi storiċi l-amministrazjonijiet ħallewhom jaqgħu bċejjeċ u wara ħafna snin se jirristawrahom b’ko-finanzjament mill-UE. Dan ix-xogħol se jiswa ħafna flejjes – ferm aktar milli qamu meta nbnew. Ma nafx għandhiex tissusidja l-Ordni Ospital-jera ta’ S. Ġwann ukoll li għandha l-kwartieri tagħha f’Malta wkoll.

  11. July 18, 2011 at 10:13 am

    Is-Sur Peter Davies, CEO tal-Air Malta maħtur mill-PN, għandu salarju bellezza ta’ nofs miljun ewro. Stazzjon popolari kien xandar li dan is-salarju kien għalkollox bla taxxa. Issa smajna li Peter se jħallas 15% fuqu daqskemm iħallas pensjonant kwalunkwe u ħaddiem kwalunkwe suġġett għat-taxxa.
    Li rrid ngħid hu dan li l-midja f’Malta mhix serja fir-rapporti li toħroġ. Hemm liġi jew le fuq it-tagħwiġ tal-kliem fir-rapporti?
    Nafu x’inhi serjeta’?

  12. July 19, 2011 at 9:35 am

    Fejn qegħdin? Is-sħana taffettwa l-irjus u ħafna drabi trid tagħmel sagrifiċċju kbie biex titrażżan izda kollox għandu l-limitu tiegħu u sfortunatament jeħel min ma jkollu l-ebda tort. TM twaħħal fl-ARRIVA, l-ARRIVA fi TM, il-Ministru jwaħħal fl-ARRIVA u l-ballun jgħaddi minn naħa għall-oħra. Il-passiġġieri jbatu mill-inkonvenjenzi u x-xemx tisreġ tkompli tħarraxha.

    Komplu sejrin hekk…sa fl-aħħar naslu x’imkien. Fejn? Beqq, ma nafx. Li naf hu li kull ministru għandu karozza lussuża minn but il-poplu bl-arja kondizzjonata, qegħda ma’ patattu/ha. U fl-aħħar tax-xahar jasal salarju bellezza. Fl-uffiċċju l-arja kondizzjonata u m’hemmx tixwit. Tajjeb tkun fil-poter għax il-problemi jgħaddu għal fuq il-poplu. Poplu, tkunx ċuċ aktar.

  13. July 21, 2011 at 11:25 am

    Ma nistax nifhem kif fuq il-kumitat parlamentari nħatru persuni li astjenew fil-votazzjoni u mbagħad ġew mitluba biex jagħtu l-opinjonijiet fuq klawsoli legali. Indipendentement humiex kwalifikati jew le, dawn l-individwi ma kellhomx jieħdu parti u xejn aktar. La finalment, il-liġi riedet tgħaddi għax hekk riedet il-maġġuranza, allura kellhom jingħażlu dawk li ffavorixxew id-divorzju. Avukati hawn aktar milli Malta għandha bżonn u hawn ħafna lanqas qed isibu xogħol legali. Nifhem li neqsin mill-ispeċjalizzazzjoni.

  14. August 8, 2011 at 9:53 am

    Mela l-elezzjoni wara l-kantuniera u Lawrence u sħabu dejjem jiddgħajfu u m’għandhomx kredtu biex jiffaċċjaw lill-elettorat. Ideja li tidher tajba hi dik makkjaveljana. Jinħolqu ċirkostanzi semi-fittizji li jidhru li jistgħu jwasslu għal riżultati gravi jew serji ħafna. Jidher li ħadd mhu kapaċi jsolvihom għajr il-PM.
    Wara ħafna qtugħ il-qalb u tlablib żejjed bħal tug-of-war, fl-aħħar il- Gran Prim iwitti t-triq permezz ta’ bakketta maġika. Veru negozjatur tajjeb jew medjatur .eċċellenti. Kien hawn PM li kienu jiddeskrivuh bħala negozjatur tajjeb għax anke max-xitan kien imur f’każ li kien jara li se jfallilu. Attenti: MHUX diplomatiku tajjeb. Ftehemna?
    L-aħħar kelma. Nistennew aktar reċti. Hemm espressjoni bil-latin-deus ex machina li fil-qosor tfisser li meta tkun se tfalli, tiġri xi ħaġa li ssalvalek wiċċek.

  15. August 27, 2011 at 9:08 pm

    Il-Kelma t’Alla ma tistax tgħixha waħdek għax kull wieħed u waħda minna nagħmlu parti intrinsika mir-razza umana. Dan l-aħħar sibt dil-kwotazzjoni: Jekk int tħobb il-bnedmin kollha u tobgħod lil wieħed biss, int ma tkunx tħobb ‘l Alla
    Qgħadt nimmedita u nanalizza. L-umanita’ hi kollha kemm hi ħolqien t’Alla u l-bnedmin huma xbiha t’Alla u saru wlied adottivi permezz tal-passjoni ta’ Ibnu Ġesu’. Hawn il-problema. Xbiha t’Alla sakemm inġibu rwieħna kif irid, jordna Alla. Ħolqien li rridu tabilħaqq nuru li aħna xbiha t’Alla b’għemilna li aħna hekk. Satana u sħabu wkoll huma maħluqa minn Alla, iżda kemm jixirqilhom li jissejħu ħlejjaq t’Alla. Immela l-istqarrija hi skorretta, bla sens u bla bażi.

  16. August 28, 2011 at 1:04 pm

    God never perrmits a person to suffer more than what he could sustain and is always ready to help him when asked. A fantasy emanating from some brilliant theologian. Reading one of the best epics in the bible, ie, JOB, would form a differrent idea. He was one whole sore of leprosy, lost all his wealth and family. He loved God with all his heart, body and soul. Nobody could venture to probe into the Omniscient Mind. Thomas Aquinas, no. 1 RC theologian and philosopher, did all he could to understand the mystery of the Holy Trinity on writing his brilliant Summa Theologiae as well as Augustine, bishop of Hippo. Nothing doing. God is God of suffering which ennobles man, strengthens his character and purifies his inclinations. What we can do is to cry out: Abba, Abba, why hast Thou forsaken me? It’s completely up to Him to respond the way He desires.

  17. GiovDeMartino
    December 10, 2011 at 8:28 pm

    Li naf zgur jien hu li l-Malta Today, dik il-gazzetta INDIPENDENT u liberali u progressiva u kontra kull censura ecc ecc ecc….dik iz-x-xempju ta’ irgulija, lili imblukkatli l-access ghas-site taghha. Veru ghamlitli unur ghax ikkonfermat li -laburisti kollha li jikkumentaw fuq is-site taghha ma setghu qatt jichdu kelma wahda biss meta jien kont nikteb fuq il-passat MOQZIEZ, OXXEN, SKANDALUZ, VJOLENTI, ARROGANTI TAL-PARTIT LABURISTA> Allura blukkawni!

  18. January 5, 2012 at 5:57 am

    Id-Distribuzzjoni tal-Gid Nazzjonali. L-ekonomija nazzjonali hi mibnija l-aktar fuq it-taxxi li ma jincentivawx ix-xoghol ghax qisu ghandek butek imtaqqab. Imbaghad l-aktar li hu oxxen hu l-fatt li hu kkalkulat li aktar minn €300 miljun qed jisparixxu mill-kaxxa fl-evazjoni. Smajniha hafna drabi li difficli ghall-ahhar li tikkontrollaha …. imma jekk ma jsirx attakk serju, konsistenti u professjonali! Dan in-nuqqas ta’ agir qed awtomatikament jimponi aktar tbatija fuq dawk li jhallsu sa l-inqas qatra biex jithalla lil min jitpaxxa. Illum il-kuxjenza saret klejma vojta, bla tifsira fir-realta’, hi biss wahda ta’ konvenjenza. Saret il-vuci ta’ ‘aghmel kif jaqbillek’.
    Qatt nisimghu mid-69 dwar l-evazjoni? Dazgur li le. Nisimghu ta’ spiss fuq il-kontijiet esagerati, fuq il-’poverty line’ dejjem jitwessa’ u jieqfu hemm. Hemm it-Tax Compliance Unit, izda x’qed taghmel qatt ma smajna. Eqq, paraventu iehor! Il-moniteragg f’Malta hu semplici w allura l-investigazzjoni mhix xi haga ta’ barra minn hawn. L-avvanzi li saru fl-uzu tal-informatika huma brillanti u jaghtu rizultati kemm-il darba jintuzaw sewwa. Id-dipartimenti governattivi huma online u tista’ tigbor l-informazzjoni kollha mehtiega. Tisma’ min jghidlek li jekk tintaxxa kif inhu xieraq lill-evazuri tat-taxa, dawn ikeccu ‘l-haddiema. Mhu assolutament veru xejn sakemm ikun hemm prospetti ta’ xoghol.
    Dal-pajjiz li, lanqas jidher fuq il-globu, hu zero fid-dixxiplina u hut iz-zghir huma l-vittmi u jaqilghuha fuq rashom. Ghad-dojoq li jiftahru bil-fomm, infakkarhom x’qal Gesu’ li ghamlu xalata bih m’ilux…’Aghtu lil Cesri dak li hu ta’ Cesri u lil Alla dak li hu ta’ Alla’. It-teologu TF din zgur semaghha u x’sar? Salarju doppju!
    Fl-ahharnett fejn m’hemmx dixxiplina bilfors ikun hemm il-korruzzjoni, aktar ghada millum. Malta hi genna tal-art. Il-famuz poeta ngliz, John Milton, fil-poezija epika tieghu PARADISE LOST – kapolavur fil-letteratura ngliza – jghid li ‘The mind is its own place; you
    can make heaven of hell and hell of heaven’.

    +1

  19. anthony attard
    September 10, 2014 at 11:55 pm

    kief dan il gvern jiegi jaghdlek trid thallas il kont ta dawl sa l ahhar ta ottubru min qieghed blura
    ghax inkelha thallas bli maghx trid tara kief jiesabu certi familji forsi ma jistghux ihalsu il kont fdaqqa ftit ftit bhali veru dan il gvern ihobb il haddiem u il fqir tal misthija. ghal voti jigu

  1. No trackbacks yet.

Leave a reply to C . Fiorentino Cancel reply