Home > Opinion > Il-Magħżulin

Il-Magħżulin

JM

Enter a caption

Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt u din hi l-akbar problema tiegħu. Jibqa’ partit elitist li jimxi wara d-duttrina ta’ DCG għaliex jaqbel magħha. Jibqa’ jinsisti li hu l-partit li għandu postu fil-gvern u li l-PL huwa l-partit li dejjem għandu jibqa’ fl-opposizzjoni. 

Hija din il-mentalita’ li mhiex trebbħu n-nies għaliex qed juri li jippretendi li l-gvern huwa tiegħu u ħadd m’għandu d-dritt jeħodulu. Il-mod kif bena awtoritajiet u entitatajiet ġodda u mliehom bin-Nazzjonalisti hija mod kif irnexxielu jżomm duffrejh mal-governanza tal-pajjiż billi jimina lill-gvern tal-ġurnata li huwa l-PL.

Minn naħa tiegħu, Joseph Muscat wera kemm hu politikament immatur meta ħaseb li l-midja suppost independenti bħat-Times u l-Maltatoday se jibqgħu jgħajru u jikkritikaw lill-PN wara l-elezzjoni għaliex qabblu ma’ l-għajta tiegħu ta’ “Malta Tagħna Lkoll” ta’ qabel l-elezzjoni.

L-immaturita’ jew l-ardir, ma nafx x’taqbad isejħilha ta’ Joseph Muscat deher ċar kif tela” meta ħalla l-klabbijiet Nazzjonalisti f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti tal-gvern intatti; u spiċċaw b’postijiet bħall-MFSA, l-MTA, il-Wasteserv, l-Heritage Malta, il-MEPA, il-MITA, l-EUPA u l-oqsma tal-kultura, sport u edukazzjoni mimlija aġenti tal-PL li moħħhom biss biex jagħmlu l-ħsara u jgħaddu t-tagħrif lill-DCG u l-PN.

L-agħar dnub huwa ta’ dak li ma jridx jitgħallem u hekk ġralu Muscat. Wara tal-PN għadhom, kienu u jibqgħu jaqilgħulhom il-fwied, Joseph Muscat baqa’ qisu mhux hu u ma jieħu l-ebda azzjoni minkejja li dan il-fatt qed jaffettwa l-Laburisti li ħafna minnhom baqgħu jaqilgħu fuq rashom tlett snin wara li tela’ l-partit tiegħu.

Minbarra dan, għażliet bħaż-żamma ta’ Joe Bannister fl-MFSA wara li l-partit xeba’ jikxef ħmieġ dwaru qabel l-elezzjoni li għaddiet qiegħda tikkawża diżgwid fil-partit stess hekk kif il-ministru Bartolo xeba’ jikxef kunflitti t’interess ta’ Bannister u s-sit Malta Winds xebgħat tikxef it-taħwid li tħawwad, u l-Prim Ministru xorta jgħid li għandu fiduċja sħiħa fih?

Dawn il-ħatriet minbarra li jikkawżaw stress fil-partit stess jitfgħu dawl ikrah fuq l-integrita’ tal-Prim Ministru li diġa ġiet imċaqqma bil-kwistjoni tal-Panama u n-nuqqas t’abilita’ tiegħu li jneħħi lil Konrad Mizzi minn ministru.

Minbarra dan, tasal biex tgħid li jew Muscat ma jimpurtaħx minn nies tiegħu jew jinsab mifni bil-problemi li ħoloqhom hu stess kif tela’ u ma ngħaddafx il-postijiet li kellu jnaddaf u spiċċa mgħajjar kemm mil-Laburisti li ħallihom ikomplu jbatu u minn Nazzjonalisti li jagħmel x’jagħmel se jgħajruh għax jobgħoduh.

Aħna tal-Mazzun mhux ngħidu li mhux se jerġa jitla’ l-PL fl-elezzjoni li jmiss għaliex ħaqqu jerġa jirbaħ biss fuq il-mod kif ġab l-ekonomija tal-pajjiż fuq saqajha; u l-PN, ifferoċjat kif inhu li qiegħed fuq il-bank ta’ l-opposizzjoni qed juri biċ-ċar li għadu partit mifni bil-korruzzjoni u ħdura kontra l-Laburisti, u bla iċken idea kif se jmexxi. Huwa partit li n-nies tiegħu ħa jgħajru u jħamġu lil kull membru tal-PL, imma Allaħares tlissen kelma kontrihom għax jaqbdu jgħinu.

Il-PN sar partit infantili li ħa jgħajjar, imma jekk tgħajru lura jaqbad jibki bħalma għamlet Claudette Buttieġieġ għax xi ħadd kixef l-injoranza li għandha fuq il-FB. Nitwaħħxu nimmaġinaw xi ħadd bħalha l-Ministru tas-Saħħa.

U ma nibdewx fuq id-double standards għax niktbu artiklu ieħor għax lanqas nafu minn fejn nibdew.

Il-PN huwa espert tad-double standards u l-PL huwa espert li jsawwat in-nies li jrid mingħandhom; u għalhekk elezzjoni oħra jista jinsa li se jerġa jġib il-voti li ġab għax l-aktar li se jitlef voti huwa mingħand il-Laburisti.

 

 

 

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 13, 2016 at 4:05 pm

    tighd mhux se nerga nivvota ghal partit li suppost laburista MHUX HEKK TGHID NO VOTES THIS TIME VERY SORRY

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: