Home > Opinion > Aħna Mzazen?

Aħna Mzazen?

gullible

Kulħadd jitnejjek bina!

Min għalihom li kulħadd mazzun u jibla’ kollox.

Minn naħa għandna lil Simon Busuttil b’żewġ deputati mexxejja mċappsin bil-korruzzjoni ferm agħar minn Konrad Mizzi, li jrid ibellgħaħielna li Beppe bena l-Palazz mingħajr l-għajnuna ta’ missieru u l-partit; u lil Demarco li ħaseb li n-nies kollha boloħ u li se jemmnuħ li ma’ ħasibx li għandu jħallas lil Sladden wara 7 snin għax-xogħolijiet fuq daru ma kienux għadhom lesti. 

Mhux ta’ b’xejn li Xmun m’għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li ġejja. Qabel l-elezzjoni ħareġ b’skoss ħmerijiet bħal tal-bailout u biex in-nies jiddiskutu l-politiku għand il-growser; u issa jrid ibellgħaħilna li Mario Demarco kien se jħallas lil Sladden qisu mhux kulħadd jaf li ħallsu biex ma jinqabadx li dak ried jagħtih rigal.

U x’rigal ta’ 37 000 ewro!

U min jagħti rigali ta’ dak it-tip jekk ma jkunx irid xi ħaġa lura, iżda kulħadd jaf li l-kunjom Sladden huwa sinonimu mal-PN!

Forsi Konrad Mizzi m’għamilx korruzzjoni, iżda żgur li ma kienx etiku f’dak li għamel u rrid ngħidulu li aħna tal-Mazzun ma’ nemmnuħx li fetaħ it-trust għall-familtu. Ma tiftaħx trust il-Panama għall-familja. Tipprovax titnejjek bina lanqas. Aħna ma naċċettaw lil ħadd jitnejjek bina; la minn naħa tal-PN u lanqas minn naħa tal-PL.

Aħna grupp ta’ Laburisti li nafu nużaw moħħna u nagħrfu l-ġid kbir li wettaq il-PL f’dawn it-tlett snin, iżda ma’ naċċettawx li Konrad imur inewwaħ fil-parlament u jgħidilna li ddispjaċieħ għax kieku kien jirreżenja u mhux jibqa’ mwaħħal mal-poter.

Diġa għedna li kieku rreżenja mill-ewwel, illum reġa daħal fil-parlament b’rasu mgħollija u mhux issa se jkollu jibqa’ jbaxxi rasu għall-manara tal-Panama li se jibqa’ assoċjat magħha u li assoċja l-partit magħha.

Ma stennejnihiex minnek Konrad!

 

Advertisements
  1. Bavaria
    May 5, 2016 at 11:52 am

    ehhh il fuel huwa zejza tal pajjiz. Kull min kien hemm ibda min Austin u spicca f Konrad hadd ma rizenja ghax fiha xterdgha. U l bolloh immorru jcapcpulu meta qed jitnejjek bihom fwicchom.

  2. Anthony Attard
    May 5, 2016 at 9:25 pm

    Ahna bolloh ghax immorru nivutaw jiena daqsekk kolla listess ghal haddiem mintoff kien biss u hadd izjed kolla iffangaw sorry no vote

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: