Home > Opinion > X’POTER GĦANDU BANNISTER?

X’POTER GĦANDU BANNISTER?

BannisterIl-Professur Bannister qisu wirdiena. Jiġri x’jiġri jibqa’ mwaħħal mal-poter u ħadd m’għandu l-bajd li jneħħieħ mill-Kap tal-Malta Financial Services Authority. 

Hija tassew stramba li wara li qala’ kritika kbira qabel l-elezzjoni għal diversi deċiżjonijiet jew nuqqas ta’ deċiżjonijiet li ħa f’rigward l-operata tal-Bank BOV mill-Partit Laburista, waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru kienet li jġeddidlu l-kuntratt għall-ħames snin bħala l-Kap tal-MFSA li f’dan iż-żmien Bannister se jaqla’ xejn anqas minn 400 000 ewro!

Bannister kien u għadu persuna fdata mill-PN u li għandha ħafna kuntatti ma’ dan il-partit. Minbarra hekk, bħalissa qed jinkixiflu għawwaru hekk kif il-Ministru Bartolo qed juri kif dan għandu kunflitt t’interess f’kontijiet fil-gżejjer Cayman u li dan dam ma’ ħa azzjoni kontra l-bank Nemea li għandu lil ex-Prim Ministru Gonzi fit-tmun tiegħu.

Ma’ dan iridu nżidu wkoll li Bannister ma kienx aċċetta n-nominazzjoni ta’ persuna mill-gvern biex tkun fuq il-bord tal-MFSA għax qal li din għandha kunflitt t’interess. Minbarra dan, ma jsirulux audits ħalli jkun jista’ jkompli jgħaffeġ kemm jiflaħ u ma jridx jagħti tagħrif lill-Ministru Bartolo.

Mela dan, ħatru l-PL u jagħmel li jrid u jinjora li min irid. Hekk sew hux?

Ħatriet bla sens bħal dawn joffru żewġ raġunijiet għall-għażla tagħhom. Dan Bannister għandu ħbieb kbar fil-partit Laburista jew jaf xi ħaġa dwar xi ħadd. Mhemmx alternattiva oħra għalfejn il-PL għandu jħalli lil xi ħadd li jaf li huwa għadu tiegħu f’kariga sensittiva bħal dik.

Il-kritika tal-Ministru Bartolo hija nkwetanti wkoll għax dan qiegħed jgħid indirettament li xejn ma jaqbel ma’ din il-ħatra u titfa’ dubju kemm il-Prim Ministru verament jisma’ mill-ministri tiegħu.

Kif jista’ jkun li persuna li kienet lesta li tħalli l-BOV ifallu skoss xjuħ qabel l-2008 u jiġi totalment għal għajnu minnhom, ikompli jiġi fdat?

Dakinhar imn’alla tkellem Evarist Bartolo għax kieku bla għaxja ta’ lejla kienu jispiċċaw dawn l-anzjani u issa qed juri li l-operat ta’ Bannister mhuwiex wieħed korrett, u xorta għadu jokkupa dik il-kariga sensittiva.

Xi ħaġa ħażina hemm żgur!

 

 

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 2, 2016 at 8:42 pm

    l ahwa dan il gvern mhux tal laburisti imma ta nazzjonalisti laburisti humha mormija laqwa li ivvutaw li suppost kien il partit laburista mhux gvern laburista ghana suppost charity begins at home pero mhux jiena NO VOTE kollha listess GRAZZI

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: