Home > Opinion > KONRAD MIZZI MA JĦOBBUX IL-PARTIT!

KONRAD MIZZI MA JĦOBBUX IL-PARTIT!

Konrad Joseph

FL-opinjoni tiegħi ta’ Konrad Mizzi kienet waħda posittiva ħafna. Kien jolqotni bħala bniedem teknokratiku, jaf xogħolu u jaf is-sengħa ta’ l-immaniġġjar speċjalment fix-xogħol li speċjaliżża fih, il-qasam ta’ l-enerġija.

Għalhekk qatt ma kont nistenna li kien se jibqa’ kkakkmat mal-poter u minkejja li hu stess ammetta li kien żball li fetaħ kont fil-Panama, qatt ma offra r-riżenja tiegħu minn Ministru.

Dan wassal biex poġġa lill-Prim Ministru f’diffikulta kbira għax waqgħet fuqu l-għażla x’jagħmel b’Konrad. Iżda jekk dan kien egoist biżżejjed li jibqa’ ministru, il-Prim ma missux dam daqshekk biex iġiegħlu jitlaq. Minn naħa l-oħra, Mizzi kien joħroġ ta’ raġel kieku ta’ r-riżenja ma’ l-ewwel ġurnata li ħarġet l-aħbar dwar il-kont fil-Panama. Kieku sal-lum, żgur li reġa daħal fil-kabinett ta’ Muscat.

Ir-ras iebsa ta’ Mizzi tfisser li dan se jibqa’ bid-dell tal-Panama jiġri warajh għax ejja nkunu rġiel u nammettu li minn eluf ta’ nies li għandhom it-tfal, ħadd ma jmur jiftħilhom kont il-Panama. Kulħadd jaf għaliex jinfetħu l-kontijiet fil-Panama u Mizzi jrid jieqaf milli jippretendi li kulmin isegwieħ huwa mazzun, idjota jew tuba li jibla’ kulma jgħidulu l-politikanti.

Michael Falzon u Manwel Mallia rreżenjaw minkejja li dak li ġara fil-ministeri rispettivi tagħhom ma kienx it-tort tagħhom. Waslu biex ħadu r-responsabilita’ u ħarġu aktar b’saħħithom, tant li Mallia reġa ddaħħal fil-Kabinett.

Mizzi, hu wettaq l-azzjoni dubjuża u ma seta’ jwaħħal f’ħadd għalhekk missu ħa r-risponsabilita’ u mhux ħalla l-Prim Ministru l-Partit jaqilgħu daqshekk kritika. Daqshekk iħobbu l-partit Konrad Mizzi?

Minħabba l-iżball ta’ Mizzi, minflok mal-poplu spiċċaw jfaħħar dak li wettaq il-Partit Laburista, spiċċa assedjat irid joqgħod jilqa’ l-attakki u l-kritika mingħand l-egħdewwa u min ħassu offiż b’dak li għamel Mizzi.

Mhux ta’ b’xejn li qed joħorġu daqstant diriġenti tal-partit jgħidu li Mizzi missu rreżenja. Jien naqbel magħhom perfettament u nħoss li Mizzi ħsara li partit għamel u se jibqa’ jagħmillu.

Kont naħseb li jħobbu l-Partit Laburista, iżda kont żbaljat!

Advertisements
  1. bavaria
    May 1, 2016 at 12:54 pm

    Nahseb li kemm il PM konrad u schembri abbuzaw mill partit laburista. Il PM imissu nehhih min hemm kif nehha nies genwini bhsl godfrey farrugia. Jien ghalija B JM fit tmun talpartit laburista il partit spicca kemm ghalija u kemm ghal familja tieghi li dejjem hdima biex rajna il PL jiggverna. Nies bhal keith SChembri qatt ma kellna bzonnhom fil partit u l ezekuttiv irrid iqum min hemm u jaghmel xi haga bil fatti u mhux bil paroli

  2. May 1, 2016 at 12:59 pm

    Qed nircievu ħafna kummenti li l-partit ġie hijacked bħalma kien hijacked il-PN minn Gonzi, Simon u l-Oligarkija taghhom.

  3. Anthony Attard
    May 1, 2016 at 1:47 pm

    kollha listess mghemx xtaghzel il partiti kollha il partit nazzjonalista u taparsi il partit laburista ghalekk no votes

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: