Mr. Bailout!
It-talba mill-PN biex in-nies isellfuhom 10 000 ewro u jingħata imgħax ta’ 4% fuq medda t’għaxar snin żgur li hija waħda mill-akbar ċajtiet ta’ Simon Busuttil minn kemm ilu li laħaq kap tal-PN.
Bla dubju li din it-talba hija prova ċara ta’ kemm jinsab finanzjarment ħażin il-PN u prova ta’ kemm il-MPs Nazzjonalisti li stagħnew u qalgħu l-belli liri matul 25 sena jiffungaw u jerdgħu minn fuqna, huma tosti u verament jimpurtahom biss mill-poter.
Għax jekk kellhom joħorġu l-flus, misshom ħarġuhom dawk kollha li tant gawdew minn fuq dahar il-partit. Xi Ann Fenech li ddubbat miljun minn fuq kumpanija falluta bħall-Airmalta jew Georg Sapiano li ilu jimpala l-flus bil-barka tal-PN minn meta il-kumpanija tiegħu kienet ħadet ħsieb it-traduzzjonijiet disastrużi tal-liġijiet ta’ l-UE għal Malti u waqa lil kulħadd għan-nejk; biex ma nsemmux il-mijiet t’eluf li ħa hu u oħrajn minn kunsulenzi li tah Austin Gatt. Anke Simon stess missu jmur jinħeba għaliex il-kumpanija tiegħu xebgħat tieħu direct orders mill-gvern ta’ Fenech Adami u Gonzi f’ammonti ta’ mijiet t’eluf ta’ ewros!
Żgur li nsejtu li fil-ħames snin ta’ GonziPN taw mal-40 miljun euro f’konsultazzjonijiet. X’ma jfaqqrux il-pajjiż u jgħollu d-defiċit; u jippretendu li għax ħa falza stikka ‘l hawn u ‘l hemm il-PL, in-nies għandhom itajru fl-elezzjoni li jmiss.
Simon Busuttil huwa bniedem li se jtellef l-elezzjoni lin-Nazzjonalisti darb’oħra għax il-kampanji li jiftaħ kontra l-PL jimxu fuq l-idea ta’ “pass ‘il quddiem, u tnejn lura”. L-agħa li qala’ hu u Beppe fuq il-Kasco u Konrad tawhom pass ‘il quddiem għax wera li l-PL għandhom problema ta’ governanza, iżda l-propjeta’ u l-flejjes ta’ Beppe, u t-talba għall-10 000 ewro huma żewġ passi lura.
Ta’ Beppe għax kulħadd jaf kemm gawda meta Gonzi biddel tant art ODZ għall-bini, tant li Bepped sar miljunarju meta kulħadd jaf li huwa avukat medjokri li żgur li ma’ jagħmilx il-miljuni; u l-karba għall-flus minn Simon tfakkar lil kulħadd fil-famuża għajta tal-Bailout li kien iwerżaq biha qabel l-elezzjoni li għaddiet, jekk jitla’ l-PL.
X’ironija hux li wara li hu u sħabu xebgħu jerdgħu minn fuq dahar il-poplu, issa qed jittalbu miegħu biex jagħtihom Bailout?
Għalhekk naħseb li minn issa ‘l quddiem, missna nibdew ngħidulu Mr. Bailout lil Simon Busuttil!