Home > News, Opinion > Governanza Xierqa!

Governanza Xierqa!

Meta tisma’ li nies bħal Ann Fenech ingħatat aktar minn nofs miljun f’konsulenzi mill-Airmalta, tibda tgħid x’wiċċ għandu Simon Busuttil joqgħod jippriedtka fuq il-korruzzjoni u l-good governance.

Li terda’ nofs miljun minn kumpanija qed tfalli mhijiex oxxenita’?

U għadna ma nafux kemm ingħataw konsulenzi minn kumpanija oħra li kienet mimlija dejn, l-Enemalta. Nafu li l-Prim Korrott li kien iħawwad u jgerfexx kemm jiflaħ fix-xiri taż-żejt spiċċa protett minn Lawrence Gonzi għax ingħata maħfra biex jiġġakbina lil ħaddieħor u spiċċa kompla jigdeb kemm jiflaħ, u sa sentejn wara ftit li xejn inqabdu nies.

Sinċierament, ħa ngħidulkom mingħajr tlaqlieq għax aħna m’aħniex imzazen. Konrad Mizzi għamel żball. Mhux għax ikkometta korruzzjoni, iżda għas-sempliċi fatt li ma jiftaħ kont jew trust f’pajjiż bħall-Panama. U mhux kulħadd jaf kemm imorru jaħbu flejjes hemm; flejjes mid-drogi, ħasil ta’ flus u xiri u bejgħ t’armi?

Aħna Konrad Mizzi dejjem laqatna bħala wieħed mill-MPs Laburisti l-aktar bravi u għalhekk l-iskuża li fetaħ dak il-kont biex ipoġġi l-flus għal familtu ma tikkonvinċi lil ħadd. Konrad kien qed jistenna boqxiex sew xi jpoġġi f’dak il-kont u mhux se jitnejjek bina!

Minn naħa tal-Prim Ministru, dan missu qabad u neħħieħ. Dan hija l-essenza tal-governanza nadifa li aħna vvotajna għaliha. Billi noqgħod nemfasiżżaw il-ħmieġ ta’ Beppe mhux se jnaqqas minn dak li għamel Konrad.

In-nies mhux bħaħen u mzazen totali!

Il-politiċi Maltin iridu jidraw jirrispettaw l-intelliġenza taċ-ċittadini Maltin. Vera ħafna se joqgħod jgħajtu “Viva Joseph” u “Viva Simon”, imma numru sew jixtarru x’jkun qed jiġri u kapaċi jinfdu t-tgerfixx u t-taħwid li kulħadd jipprova jinqed bihom biex jaħbi xturu.

Beppe Fenech Adami mill-bidu li tlaħħaq viċi-kap tal-PN beda jagħmel il-ħsara lill-partit tiegħu stess għax wiċċu totalment ma jistħix. Minbarra li kollu djuq u wera resistenza kbira kontra riformi soċjali bħad-Divorzju, l-Unjoni Ċivili u l-Iffriżżar ta’ l-Embrijun, huwa bniedem ipokrita għall-aħjar li jispjega b’mod ċar għalfejn il-PN qalgħu tkaxkira fl-elezzjoni li għaddiet. Beppe missu mhux jinħeba u mela jmur jipprotesta kontra l-korruzzjoni, meta hu l-ewwel wieħed xeba’ jgawdi taħt Gonzi.

Ara l-PL jagħmel sew ikompli joħroġ il-ħmieġ ta’ kemm kienu jaqilgħu u jingħata rigali l-allejati tagħhom bħall-avukati Peter Fenech, il-Boċċa u Georg Sapiano. Dawn nies li ngħataw eluf ta’ mijiet ta’ euros f’kuntratti meta l-Prim Ministru Gonzi kien joqgħod jgħajjat li mhawnx faqar fil-pajjiż. U żgur għall-MPs u l-allejati tagħhom, u għat-tfal tiegħu, ta’ Dolores Cristina u Austin Gatt, il-flus ma kienux problema; iżda għal min kien bil-paga minima baqa’ jgħolilhom id-dawl u l-ilma, u baqa’ jsallabhom waqt li sangisugi u parasiti Nazzjonalisti kienu qed jerdgħu kemm jifilħu mill-Enemalta u l-Awtoritajiet kollha li waqqaf li lkoll biddilhom f’klabbijiet Nazzjonalisti.

Il-PL jirbaħ il-battalja tal-governanza billi jaqbad il-barri mill-qrunu u jneħħi min qiegħed jitkessaħ u b’egħmilu jagħmel il-ħsara lill-partit.

Kulħadd irid jiftakar li ħadd mhu akbar mill-Partit!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: