Home > Opinion > Il-KILBA GĦALL-POTER

Il-KILBA GĦALL-POTER

Spiji

Il-PL ħalla wisq spiji jiġġenerew mas-saqajn!

Jien inħoss li l-PL wettaq ħafna żbalji meta kellu vantaġġ tant kbir ta’ voti, u dawn liż-żbalji kebbsu l-kilba li hemm moħbija f’moħħ l-MPs Nazzjonalisti li ma’ jistgħux isibu posizzjoni komda fuq is-siġġu ta’ l-Opposizzjoni għaliex iqisu li huma l-partit li għandu postu naturali fil-gvern.

Minħabba d-DNA superjuri li jgħidu li għandhom, dawn l-MPs u ndividwi Nazzjonalisti, iħossu li għandhom jirrenjaw fuq kulħadd bħaż-żmien ir-rejiet u l-irġejjen fejn ċerta familji kienu nobbli u għalhekk iqisu rwieħhom ferm aħjar minn ħaddieħor u għandhom jikkmandaw lil kulħadd.

Il-korruzzjoni, prattiċi mhux etiċi u n-nepotiżmu lampanti li kkarateriżża t-tmexxija Nazzjonalista, l-aktar dik ta’ żmien GonziPN huma biss venjali skond xi ħanżir bħal Ann Fenech li tgħidx kemm iffoxxnat, iżda dan hi tagħmlu b’wiċċha mill-quddiem għax għandha DNA superjuri u għalhekk għandha dritt taħtaf u tiffonga bil-miljuni.

L-istess Beppe Fenech Adami, iben il-Prim Ministru u l-President li nistgħu ngħidu trawwem bil-ħsieb tas-suċċessjoni li jkollu post fil-parlament wara li jwarrab missieru, u għalhekk iħares lejn il-Laburisti b’daqshekk disprezz għax iqis li hu superjuri u l-vantaġġi li ngħata biex ħa u bena dak il-palazz li jiswa ħames miljuni jkomplu jagħtuh raġun.

Issa ħalliha li din tad-DNA superjuri ħareġ biha l-boċċa li jekk tarah barra lanqas tiġbru, imma dan xebgħa jiġri wara sorm Richard Cachia Caruana u dan iżoqqu bil-kuntratti. Jekk xi ħadd mill-Labour jindenja ruħu jagħmel ftit riċerka fuq in-nepotiżmu li wettqu n-Nazzjonalisti f’25 sena u jara kif imlew kull qasam, dipartiment u awtorita’ bin-Nazzjonalisti, jindunaw li waħda mir-raġunijiet li l-gvern Laburista qed isib diffikulta jiggverna hija li m’għandux kontroll ta’ dawn l-entitajiet li għadhom mimlijin sa ruħ ommhom bin-Nazzjonalisti.

Huwa għalhekk li l-PN iħobb jgħid li minkejja li tela’ l-PL huma xorta qed jiggvernaw. Joseph Muscat ma’ kienx għaqli biżżejjed biex kif jitla’ jibda jbiddel dawk in-nies li jaf li l-għan ewlieni għalfejn tqiegħdu f’postijiet sensittivi huwa biex itellfu bħala “aġenti rieqda” li malli jagħtihom is-sinjal il-PN, iqumu u jibdew jagħmlu l-ħsara, sabutaġġ u jispijaw. Ovvjament iċ-ċentru tal-kollezzjoni ta’ din l-informazzjoni sensittiva dejjem tkun Daphne Caruana Galizia ħalli ma jidhirx li l-PN qed jagħmel dawn l-affarijiet.

U jekk il-PL mhux se jarma ruħu sew u jitgħallem jafda n-nies li huma verament lejali lejn il-partit se jkompli jaqla’ t-tumakki, waħda wara l-oħra.

Advertisements
  1. Anthony Attard
    March 19, 2016 at 10:12 am

    mhux kollox fidejjhom ghadna u jikkmandaw huma ghadhom ghax hekk ried dal gvern li suppost laburista mhemmx fejn taghzel biex tmur tivvota kolla listess barra li sirna arroganti ma laburisti naf xhi nghid

  2. March 20, 2016 at 9:47 am

    Ahna tal-Mazzun xbajna nghiduhulu dan id-diskors, imma l-gvern ma jridx jisma’ u ara x’qed jigri issa.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: