Home > News > L-IŻBALJI TAL-PARTIT LABURISTA – L-EWWEL PARTI

L-IŻBALJI TAL-PARTIT LABURISTA – L-EWWEL PARTI

big mistakes
Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat wettaq bravura meta rnexxielu jġib il-Moderati u l-Progressivi flimkien f’muvument li kien qed jipprotesta l-gvern bażwi u korrott ta’ GonziPN.
Iżda r-realta’ politika turi li muvument bħal dan ma setax ikampa u dan kien l-ewwel żball ta’ Joseph u l-PL li ħasbu li nies b’daqstant ideat politiċi u soċjali differenti setgħu qatt jibqgħu jaqblu fuq il-policies differenti tal-PL.
Kienu jaqblu fuq governanza tajba, meritokrazija u trasparenza, iżda kienu se jsibuha diffiċli jaqblu fuq id-drittijiet ta’ l-omosesswali, it-tibdil tal-Kostituzzjoni, l-iffriżżar ta’ l-embrijuni u issues oħra li żgur lanqas il-Laburisti ma jaqblu fuqhom.
Kif tela’ l-PL, bdew il-problemi u deher ċar li l-partit ma kienx preparat biex jiggverna daqs kemm kien preparat biex imexxi kampanja elettorali effettiva li xkupat lill-PN ‘il barra mill-gvern u kixxfet skoss skandli u l-intiena kollha li kienet akkumulat f’istituzzjonijiet suppost independenti li lkoll kienu nbiddlu f’klabbijiet Nazzjonalisti.
Forsi l-agħar ħaġa li seta’ jiġrilu l-PL hu li l-partit rebaħ b’marġni daqshekk kbira. Din kompliet saħħet lil Joseph Muscat bħala l-“Messija Neo-Laburist” u rabbiet ċerta arja f’ħafna deputati u ministri Laburisti.
Il-ftuħ tal-partit lill-opportunisti u egħdewwa tal-partit li kienu jitqgħalaw jagħmluha mal-Laburisti. Nies bħal Lou Bondi li saħansitra sar “persuna fdata”–ġerħa kbira f’qalb ħafna Laburisti u Cyrus Engerer li saħansitra ġie rekordjat jgħajjar lil-Laburisti u spiċċa jingħata t-titlu ta’ “Suldat ta’ l-Azzar”–falza stikka oħra ta’ Muscat li rrabbjat ħafna Laburisti li jiftakru s-sittinijiet u xi verament kien ifisser tkuns “Suldat ta’ l-Azzar”; u l-opportunisti bħal Robert Musumeci li jgħin b’mod attiv lill-PL kif se jsib modi ġodda biex jeqred l-ambjent, Jeffrey Pullicino Orlando li wara li mexxa l-kampanja tad-divorzju ġġieled mal-PN u ngħata MCST li biddilha f’każin ta’ Nazzjonalisti mkeċċija mill-PN u Franco Debono li anqas ma niktbu dwaru aktar aħjar.
Dawn kollha saru l-eroj ġodda tal-PL u ngħataw salarji u perkaċċi talli kienu tradixxew lill-partit tagħhom. Mhemmx xi ngħidu, dan ma niżilx tajjeb ma’ ħafna Laburisti li spiċċaw imgerrfxin kif dawk li kienu l-egħdewwa tagħhom saru fost l-aktar nies fdati minn Muscat. Tridu tiftakru li nies bħal Lou Bondi u JPO kienu strumentali biex tinsteraq l-elezzjoni tal-2008 u jibda r-renju disastruż ta’ GonziPN. Żgur li ħadd ma nesa’ lil JPO jnewwaħ quddiem Alfred Sant meta dan kixiflu l-iskandlu tal-Mistra wara li JPO ngħata l-premju għall-aktar deputat parlamentari ambjentali.
Ħafna Laburisti huma nies diretti li ma jinżlilhomx il-Makkjaveljaniżmu ta’ Joseph Muscat, l-aktar meta bdew jingħaqdu skoss opportunisti oħra mal-Muvument Laburista, nies bħal John Bundy, William Mangion, Frederick Testa, Kenneth Żammit Tabona u ħafna oħrajn li sa ftit qabel l-elezzjoni lanqas riedu jħokku mal-Laburisti. Dan kompla rrabbja attivisti u voluntiera Laburisti li kienu jaħdmu bla heda għax iħobbu lill-Partit. Joseph kien qed jibgħat il-messaġġ li biex tilħaq fil-partit trid tkun lgħaqi, ġakbin u traditur!
Għalhekk ma naħsibx li jistgħaġeb meta l-gażżetta MaltaToday tirrapporta li f’servej tagħha, 10% tal-Laburisti mhumiex se jivvotaw fl-elezzjoni li ġejja. Meta tistma’ n-nies ħażin hekk jiġri!
JISSOKTA

 

Advertisements
  1. Bavaria
    March 11, 2016 at 2:37 pm

    Artiklu vera bis sens. Jien ma ninsa qatt zgur wara xoghol li hdimt ghal JM imbaghad offrewli impjieg biex jinsultawni u salarju tal biki. Lanqas fattiga ma tithallas hekk. U min mghamel xejn ghal partit ha l eluf

  2. Anthony Attard
    March 11, 2016 at 5:42 pm

    mhur erga ivvota ghal joseph ghax jien mhemmx cans jiehu vot min ghandhi la jiena u lanqas il familja batejna taht in nazzjonalisti u iktar taht il gvern suppost li hu laburista grazzi ghal joseph nispera li flelezzjoni li gejja ma jersquliex lejn il bieb ta barra biss grazzi ghal joseph u tapparsi il gvern laburista

  3. March 11, 2016 at 8:50 pm

    Nissimpatizza jezistu eluf bħalkom u ma sabu lil ħadd biex jgħinhom. Joseph Muscat il-ħin kollu jwiegħed li se jsewwi l-inġustizzji u ma jagħmel xejn.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: