Home > Opinion > AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

AĦNA RRIDU TMEXXIJA TAJBA LABURISTA!

Abbatini

Ma rridux kopja oħra tal-korrotti Nazzjonalisti!

Mhemmx dubju li fl-aħħar elezzjoni l-poplu vvota bi ħġaru biex iqallfat lill-PN ‘il barra mill-gvern minħabba l-arroganza, l-ħniżrija u l-korruzzjoni; u kulħadd qiegħed jgħid li Simon Busuttil (li minkejja jridna ninsew kien parti mill-gvern ta’ Gonzi) mhux jiskurja gowls jagħmel protesti.

Kif qal Evarist Bartolo ftit ilu huwa l-PL li qed jiskurja awto-gowls bl-addoċċ u fil-fatt bħalissa hawn atmosfera fil-pajjiż li l-partiti politiċi l-kbar xebbgħu lill-kulħadd!

Naħseb li l-PL nesa li l-maġġoranza ta’ dawk li vvotawlu kienu nies li VERAMENT riedu bidla fil-mod kif issir il-politika fil-pajjiż. Il-maġġoranza tal-partitarji tal-partiti l-kbar huma nies li jgħid x’jgħid il-mexxej kollox jgħaddi, iżda huma dawk li kapaċi jaħsbu ftit b’moħħhom li jtellgħu u jniżżlu gvern.

L-aġir ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri jfakkar ħafna nies fil-mod kif Austin Gatt u Ninu Żammit kien assolutament ma jimpurtahomx mill-effett li seta’ jkollhom l-investi kbar tagħhom moħbija fl-Iżvizzera. Huwa minnu li l-ammonti ta’ dawn il-kontijiet kienu kbar ħafna, iżda dan ma jnaqqasx mill-fatt li Mizzi u Schembri ma’ raw xejn ħażin f’dak li għamlu; u kellha tkun il-pressjoni ta’ l-opinjoni pubbliku li ġiegħel lil Mizzi jneħħi t-trust fund li fetaħ fil-Panama.

Fil-każ ta’ Keith Schembri l-aġir huwa agħar għax dan għandu wieħed mill-aktar karigi mportanti u sensittivi fil-pajjiż bħal ċ-chief of staff ta’ l-Uffiċju tal-Prim Ministru. Il-politiċi Maltin iridu jieqfu jistmaw lill-elettorat bħal idjota u l-iskuża tal-Prim Ministru li ma kienx jaf li Schembri kellu t-trusts ma treġġix. Allura meta laħħaq lil Schembri bħala ċ-chief of staff ma ċċekkjaħx xi ftit? Possibli daħħlu f’dik il-kariga mingħajr ma kien jaf xejn dwaru?

Huma dawn l-intietef li jtappnu dak li jgħidu l-politiċi tagħna u għalxejn il-Prim Ministru joqgħod iparla fuq l-iżbalji li għamel. Ċerta żbalji ħadd ma stennihom għaliex in-nies tellgħuh biex ma jagħmilx l-istess żbalji li għamlu n-Nazzjonalisti!

Dan kollu rridu nqisuh fl-ambitu ta’ servejs li wrew li ħafna Laburisti diġa huma skuntenti bil-partit tagħhom. Mexxej għaref ma’ joqgħodx jisma’ minn min jinċensaħ imma minn min jagħmillu kritika kostruttiva, u jurieħ fejn miex i ħażin u fejn jista’ jirranġa.

Ħafna Laburisti diġa mhux iħossuhom komdi bil-partit kif inhu, biż-żegħil esaġerat ta’ nies bħal Lou Bondi, Engerer, JPO, Franco Debono u ħafna oħrajn li kulħadd jaf għaliex ingħaqdu mal-Partit ftit qabel l-elezzjoni. Diġa qed iħarsu lejn il-partit bħala wieħed li jilqa’ l-opportunisti fih b’idejħ miftuħin u jinjora lil min dejjem għenu u ħadem għalih. Issa din jonqsu, li ħafna partitarja Laburisti jibdew jarawħ kopja ta’ GonziPN b’oligarkija magħmula minn nies bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi, u mmexxija minn MuscatLP!

 

 

 

 

Advertisements
  1. Anthony Attard
    May 4, 2016 at 9:56 pm

    SORRY KOLLHA LISTESS IL BLUE U LAHMAR SO SORRY NO VOTE il haddiem il batut il fqier HUWA ZERO ghalihom pero huma qieghedin tajjeb u sewwa SORRY NO VOTE ghal li gejja GRAZZI

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: