Home > Opinion, Uncategorized > Skond Muscat il-Laburisti nferjuri għan-Nazzjonalisti?

Skond Muscat il-Laburisti nferjuri għan-Nazzjonalisti?

Amanda-Mifsud_Joseph-Muscat_Michelle-Muscat_Michael-Farrugia

Kwazi disa’ xhur ilu konna rrapportajna kif saru bordijiet fejn persuni b’tendenzi laburisti wahda biss kien hemm prezenti! Għedna kif kien hemm kazijiet fejn…zewġ aħwa mill-istess familja tpoġġew fuq bordijiet importanti. Illum, nistgħu ngħidulkom li l-gvern poġġa Nazzjonalisti bħala diretturi u CEOs t’azjendi mportanti. Aħna tal-Mazzun m’aħniex ngħidu li Nazzjonalisti kompetenti li dejjem għamlu xogħolhom m’għandhomx jingħataw postijiet u jitħallew jagħmlu xogħolhom bil-kwiet.

Aħna qed nistaqsu li possibli laburisti kapaci ma jezistux?

Wara 25 sena mwarrba u mkassbra lanqas il-gvern tagħna mhu lest jaghtihom cans?

Nafu wkoll li  erġajna lura ghas-sistema fewdali fejn kulħadd jaħkem it-territorju tieghu u jaghmel li jrid. Xi ħaġa li kissret l-oligarkija ta’ Gonzi li kellu ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li kienet fattur importanti biex il-gvern tiegħu jitlef l-elezzjoni.

Sfortunatament, Joseph Muscat ħalla din is-sitwazzjoni taħkem il-PL kmieni fil-leġislatura u diġa hawn tgergir kbir fuq kif id-dipartiment tal-gvern tħallew jibqgħu jiġu kmandati minn Nazzjonalisti li ma jridu b’xejn jikkoperaw mal-gvern u kif Joseph Muscat moħħu fin-Nazzjonalisti li qalbu qabel l-elezzjoni tal-2012 jew dehru fuq xi billboard u nesa’ kompletament Laburisti ħabrieka u ta’ skola li dejjem appoġġjawħ.

Il-Laburisti jridu jirrealizzaw li l-PL mhux Joseph Muscat, jew Madame Michelle, jew Manwel Mallia, izda huma. Ma jistax ikun li l-Partit jiġi hi-jacked minn erba’ minn nies li l-interessi tagħhom huwa biss il-poter.

Ahna ma nimpressjonawx ruħna biċ-ċelebrazzjonijiet, riċevimenti, tehid ta’ l-idejn, kpiepel, basktijiet tal-Prada u evening dresses. Aħna l-fanfarunati ta’ min ma kien xejn u issa f’daqqa waħda minn għalih in-nies kollha saru dubbien, ma nagħtux kasu. Anzi…nieħdu ghalina meta narawhom meta fl-istess waqt skoss Laburisti għadhom ibatu, minsijin.

Dawn l-attivitajiet narawhom bħala insult!

Il-PL huwa l-membri tiegħu u aħna zgur ma nberkux il-mod kif dan il-gvern qed jimxi ma’ dawk li tawh is-sapport taghhom f’baħar qawwi.

Saru ħafna zbalji…. u rridu nammettu li dawn saru!

U għadhom isiru u jidher ċar li Joseph Muscat ferħan b’dan lis-status quo.

L-izball kbir sar meta għadu kbir tal-partit ħadu miegħu, kontra x-xewqa tas-36 000 ruħ li vvotaw biex ġab il-maġġoranza. L-argument li lil Lou Bondi riedu miegħu biex jagħlaqlu ħalqu huwa bazwi għaliex il-maġġoranza qaltlu biċ-ċar fl-elezzjoni li għaddiet li ma tridx taf bih. Imma l-Prim webbes rasu u kontra x-xewqa tagħhom ingaġġaħ u taħ paga li lanqas taħt in-Nazzjonalisti ma kellu bħalha.

Kellu kwazi sena biex isewwi dawn l-affarijiet u minflok ziedhom. Qisu ma jafx li aktar ma tikberil-ferita aktar diffiċli biex iddewiha!!

Aħna ma rridux vendikazzjonijiet…specjalment ma’ Nazzjonalisti li imxew ta’ rġiel u b’onesta’ tul l-aħħar snin. Izda hemm ohrajn li wettqu vendikazzjonijiet u sawtu lil min ma kienx jaqbel maghhom. Dawn iridu jħallsu ta’ egħmilhom billi jitneħħew u mhux ikunu protetti mill-Gvern Laburista; u dawk li soffrew taħthom stmati ta’ zibel jekk mhux ukoll imgiddba!

Alla jbierek qabel l-elezzjoni dawn kienu stmati ta’ Paladini u mwiegħda ħafna xorti…wara l-elezzjoni dawn sabu ruhħom mormija…f’kantuniera bil-gvern ġdid ma jagħtix kazhom…anzi jsikkithom, u n-Nazzjonalisti jitmejlu bihom!!

Hekk sew Joseph?

Kun raġel.

Wettaq ġustizzja u fid-deher!

Hekk wegħethom lil-Laburisti li taf li taw saħħithom għalik.

Dawn ibatu ghadhom. Anzi, qed ibatu aktar għax issa qatgħu qalbhom li hemm xi ħadd li jaqbez għalihom.

Dawn kienu s-Suldati tal-Azzar, mela dak l-opportunist li kwazi spiċċa l-ħabs!

Sfortunatament il-PL uriena li mhux magħmul mill-azzar u jsaddad malajr.

Issa tlett snin oħra jivvotawlu dawk in-Nazzjonalisti li tant jippreferi!

Ma joqgħodx jitkessaħ. 80 000 ma vvottawx għall-elezzjonijiet tal-kunsilli li għaddew.

Ma jaħsibx li ħafna minn dawn huma Laburisti mweġġgin?

Advertisements
  1. hamruniz
    September 8, 2014 at 1:04 pm

    Minix f’pożizzjoni ngħid jekk dak li qiegħed tgħid hux minnu jew le għas-sempliċi raġuni li jien ili barra minn Malta aktar minn nofs seklu u mhux disgħa xhur biss. Fl-aħħar mill-aħħar, jekk Muscat ta inkarigi mportanti li nies b’simpatiji Nazzjonalisti…..b’daqshekk?! Qatt smajt biha l-espressjoni Ngliża ‘to win hearts and minds’? Issa jiddependi minnhom. Ta’ Muscat din hi tattika kif kienet tattika wkoll il-‘push-back'(ta’ emigranti illegali). Wara kollox, nafu wkoll li għax irnexxielek titħol fil-qalb ta’ xi nies suwed (li jaċċettaw kollox għax qegħdin f’sitwazzjoni mwiegħra biex niftehmu….infakkrek ukoll li din il-ġimgħa stess qalu lil ‘ħabibtek’ l-Isvediża Malstrom whatever li ma jridux jibqgħu Malta għax pajjiżna żgħir wisq għall-aspirazzjonijiet grandjużi li għandhom f’moħħhom.
    Nammetti li ser ikun hemm Laburisti li jieħdu għalihom għax ġew preferuti niex Blu. Ħeqq x’tagħmel – mhux kulħadd sofistikat biżżejjed biex jifhem kif jaħdem moħħ superjuri. Dawk inħalluhom jinkazzaw u meta tiġi elezzjoni oħra, għandhom il-liberta’ kollha jduru u jsiru Blu. Affarihom hux!

  2. Bavaria
    September 9, 2014 at 8:48 am

    Jien nista nikkonferma dak li qieghed tghid ghax mill ghada tal gurament kemm Joseph kif ukoll Martu insew dak kollu li ghamlu maghhom nies lejali. Ghamilt 5 snin nahdem sa 9 u l 10 ta bil-lejl qas nara lil uliedi biex rajt gvern laburista fil gvern. Xoghol dinjituz kelli u kont qed naqla lira sew taht gvern nazzjonalista pero il korruzzjoni taghhom dejqitni. Xtaqt gvern laburista li kemm jien u l familja tieghi dejjem appoggjana biex issir bidla. Kif erbahna l elezzjoni kemm Joseph Muscat u kemm Martu wrewni li issa mghadx hemm post ghalija fix xoghol taghhom. Michelle riditni nitlaq mix xoghol u mur naghmel ftit clerical work fuq bazi partime go kastilja meta jien gradwata darbtejn l universita. infurmawni ukoll li ma setghux ihalsuni bl istess paga fejn kont nahdem ghax il gvern ma jaffordjax dawk il pagi. Imbaghad taqra fuq il gazzetti u social media bl eluf li qed jithallsu nies li qatt mghamlu xejn fi hdan il partit u nista nassigurak li il paga tieghi ma kienetx ta xi E13,000 fix xahar jew E60,000 fis sena. Nixtieq niehu l okkazzjoni biex nirringrazzja lil min kiteb dan l artiklu ghax ghalinqas hawn xi hadd li haseb fina u iva jien kont wahda min dawk it 80,000 li ma vutawx.

    • September 9, 2014 at 10:08 am

      Dan is-sit qiegħed għad-disposizzjoni tal-Laburisti muġugħin li l-Partit insihom kompletament. Il-Mazzun m’għandu l-ebda aġenda ħlief li tirrenja s-sewwa bħalma għamel meta bbakkja b’saħħa kbira d-Divorzju u l-Unjoni Ċivili. In-nies li jieħdu ħsieb dan is-sit għandhom il-ħajja tagħhom, izda ma jistgħux joqgħodu kwieti bil-mod kif Joseph Muscat uza l-Laburisti u issa, għajr għall-ftit laqa’, rama l-maġġoranza tagħhom. Aħna mux qed naqbzu għal dawk li kif tela’ l-Labour ħasbu li jistgħu jagħmlu li jridu u jgħaffġu fuq kulħadd, izda għal dawk il-Laburisti li għamlu 25 sena jaqilgħu ġo rashom u baqgħu mingħajr ġustizzja, meta Nazzjonalisti li sa sentejn ilu kellhom ħdura kbira lejn il-Laburisti, ittellgħu s-sema, ngħataw postijiet tajbin u pagi m’għola s-sema. Għalhekk Joseph Muscat qed juri li lil-Laburisti ġenwini jafhom sakemm jista’ juzahom u juza l-vot tagħhom, imbagħad wara ma jafhomx. Dan mhux aġir serju ta’ Prim Ministru!

  3. hamruniz
    September 9, 2014 at 1:55 pm

    Ħeqq! x’nistgħu nagħmlu?! Elezzjoni Ġenerali llum jew għada tasal u jkollna l-opportunita’ li Ġowżef nuruh il-bieb u nerġgħu intellgħu lil ‘gonzi’. Bil-grazzja t’Alla nagħmlu miegħu ħamsa u għoxrin sena oħra u fl-aħħar inkunu nistgħu nirrepetu l-istess gażiba. Forsi sa’ dak iż-żmien ikollna t-tielet Partit, siewi biex intaffu ftit in-nassa tad-duwaliżmu la Maltija, poplu espert biex ipeċlaq u jagħraf il-problema – għalhekk jgħidulhom ‘gemgem’ – imma m’għandhomx ideja fejn isibu soluzzjoni. Gemgem u wġigħ ta’ żaqq mogħdija taż-żmien u żufjett(murtali w ġigġifogu) nazzjonali. Sa’ħamsa u għoxrin sena oħra Alla biss jaf x’għandha tgħaddi minnu din id-daqsxejn ta’ gżira b’din is-sitwazzjoni mondjali ta’ nies li jridu jiġu l-Ewropa għax aħna għandna natugħhom. Meta Malta ma għandha x’tagħti xejn lil ħadd. Illum il-ġurnata mhiex ħaġa ħafifa tiggverna pajjiż, meta politiċi wisq akbar minn Muscat u l-bella compagnia ma jafux fejn ser jagħtu rashom. Għaldaqstant, Quo vadis Malti? Quo Vadis id-dinja, pjuttost.
    Innutajt li t-Times ta’ Malta waqqfet ir-risors tal-kummenti tal-qarrejja. Din kienet deċiżżjoni ta’ Joseph Muscat jew ta’ l-editur tal-gazzetta msemmija? Faxxiżmu fil-wiċċ jonqosha Malta!

  4. hamruniz
    September 9, 2014 at 2:01 pm

    @Bavaria. Jekk int għamilt ħames snin tistinka biex jitla’ gvern Laburista x’ġegħlek ma tivvutax meta waslet l-elezzjoni? Ħawwadni ħalli nifhmek!

  5. Bavaria
    September 9, 2014 at 3:28 pm

    @hamruniz nahseb fl artiklu qed jirreferi ghal elezzjoni ta MEPs alinaqas meta qrajtu hekk fhimt jien. fl elezzjoni ta Marzu 2013 hrigt nivvotta u bil qalb ghal bidla.

  6. hamruniz
    September 10, 2014 at 1:56 pm

    Skużani Bavaria. Jien ili barra minn Malta aktar minn nofs seklu u ili ma niġi Malta għal btala kważi għoxrin sena. Pajjiżi ma għadux jiġbidni. Naf li sar ħafna tibdil pożittiv – in-Notte Bianca(għaliex bit-Taljan u mhux bil-Malti?) ix-xatt tal-Port il-Kbir, ir-restawr(?) tat-tijatru u l-parlament bi prezz għali a’ la Piano, eċċ. Imma dan kollu ‘ħobż u kummiedji’ biex jagħlqu ħalq il-poplu u l-vana glorja ta’ min iggvernana tul ħamsa u għoxrin sena. Kien hemm nies ta’ l-affari tagħhom li ffavurew id-divorzju u unjonijiet ċivili imma Gonzi ma setax jappoġġa dawn għal raġunijiet ta’ moħħu u abdika mir-risponsabbilta’. Ħeqq, l-aqwa li tajtkom tijatru bla saqaf hux! Mela agħlqu ħalqkom! Jien tlaqt minn Malta hekk kif qfilt qalzieti u qatt ma vvutajt Malta. Imma niftakar sew il-persekuzzjoni ta’ Mintoff u niesu purament għax ried itejjeb is-sitwazzjoni soċjali ta’ nies komuni. Malta għadha u tibqa’ taħt dak il-madmad għax għad hemm wisq l-ossessjoni tal-klassi u tas-salvazzjoni tar-ruħ(psikoloġikament, m’hemmx differenza bejn Malta u l-Islamic State).
    Nirrepeti. Illum mhux faċli tiggverna pajjiż għax id-dimokrazija biex tirnexxi hemm bżonn li jipprattikaha kulħadd. Imma le! hemm min jgħedded il-ħelsien tal-moħħ MINN ĠEWWA* u ċertament minn barra. U jaġixxu skond din l-aġenda. U spiċċajna b’riskatt jixgħel. U sitwazzjoni dinjija mingħajr soluzzjoni. Għalhekk diffiċli tiggverna pajjiż.
    *Meta jiġu l-isqfijiet jgħidulek ‘aċċettawhom u integrawhom’ għax dawk ħutna fi Kristu. How naive can you get!

  7. Bavaria
    September 11, 2014 at 12:38 pm

    Hamruniz la ilek nieqes min Malta dan iz zmien kollu ma tant tista titkellem fuq is-sitwazzjoni. il-poplu Malti ilu mdejjaq bdin il-politika u dan wrieh fl ahhar elezzjoni ghax tkellem u tkellem bil kbir li vuci tieghu ser tibqa immarkata fl istorja ta Malta. Il-Poplu xtaq bidla mma nahseb din il bidla qatt mhu se sir ghax il poter qed jintirett mill-istess crieki ta nies u jekk ma jkunx hemm bidla fl imhuh il pajjiz qatt ma jista jiehu ruh.

  8. Bavaria
    September 11, 2014 at 12:42 pm

    inghaqad fpartit politiku u provva ghaddi l ideat tieghek, bravu kemm int bravu kif tipprova tirfes xi kallu ta xi hadd antik jaraw kif jaghmlu u jqacctulek rasek il barra, jew inkella jinqdew bik sakemm ikollom bzonn u kif jiehdu dak li jridu huma min dak il hin stess qisu hadd ma jafek.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: