Home > Features, Opinion > Il-Ħdura ta’ Dafni!

Il-Ħdura ta’ Dafni!

Daphne-mass-meeting

Ferm Interessanti dak li kitbet  Dafni fuq l-għazla ta’ Joseph Muscat ta’ Lou Bondi u bħas-soltu spikkat il-ħdura personali li għandha kontra kull ħaġa Laburista. Huwa dan id-difett kbir li għandha li tant in-nuċċali tagħha huwa mtappan bil-ħdura li anke meta forsi jkollha xi ftit raġun fl-argumenti tagħha, dawn tfottihom permezz tal-fanatiċizmu kbir anti-Laburista li għandha.

Il-kritika ewlenija tagħha fuq il-kwistjoni ta’ Joseph Muscat hija li kien hu u l-Partit Laburista li ġiegħlu l-poplu jobgħod lilha u lil Lou Bondi għax huma dejjem il-“fatti” qalu. Issa jekk tħarsu naqra lejn il-kitbiet tagħha tindunaw li dawn mimlijin dettalji personali u kritika tad-difetti ta’ nies Laburisti li ħafna drabi ma jkollhom xejn x’jaqsmu mas-suġġett fil-kwistjoni.

In-nies jobgħodu lilha u Lou Bondi għax huma jobgħodu ta’ dak kollu Laburist u jitkellmu fuqhom fil-blog qishom razza nferjuri, u jekk taħseb li ħafna jgħaddu ġudizzju fuqha mingħajr ma jaqraw dak li tikteb għandha zball kbir.

Jekk ma tridx il-Laburisti u anke xi Nazzjonalisti jobgħoduha ma tiktibx b’daqstant mibgħeda ħadra, imma tant għandha moħħha vvalenat li ma tistax toqgħod kwieta; u issa li hemm il-Labour fil-gvern aktar qed tifga f’demmha għax issa l-pappa tagħha, tar-raġel u tat-tfal naqqsu bi kbir!

Pero fuq il-fatt li l-Labour kellu rwol biex in-nies tiegħu jistmerrihom għandha ftit raġun. Din bħal ta’ Hitler jew Stalin. Veru li kienu mostri, imma xi ftit raġun kellhom biex jagħmlu dak li għamlu, izda ħadt qatt ma jista’ jiġġustifika l-qtil ta’ razzez sħaħ għax għandhom razza jew twemmin differenti!

Kieku tista’ cert li Dafni testermina l-Laburisti; dik it-tip ta’ ħdura li għandha, izda kif għedt Joseph għandu ftit “tort” ukoll li l-Laburisti jistmerru tant lil Dafni u Lou Bondi għaliex il-midja tal-Partit u bir-raġun kienet il-ħin kollu għaddejja fuq liz-zbilanc kbir kontra l-Labour li kien juri l-PBS taħt Natalino Fenech u Anton Attard bl-għajnuna tant kbira ta’ Lou Bondi u Where’s Everybody.

U għalhekk Joseph zbalja meta għazel lil Lou Bondi fuq il-Bord tal-Fundazzjoni tal-Festi Nazzjonali għaliex il-maġġoranza tal-Laburisti ma jistgħux inizzluha li persuna li attakkat kemm-il darba lil Joseph stess u skoss Laburisti prominenti oħra f’daqqa waħda spiċċa f’bord, meta nies ferm aktar addattati, anqas divizivi u ta’ kull lewn politiku setgħu ħadulu postu mingħajr inkwiet ta’ xejn.

Ħaġa oħra li ma nistax nifhem hu kif il-Prim Ministru joħroġ stqarrija qisu jaħseb li l-Laburisti qegħdin jipprotesta kontra t-tpoġġija ta’ Nazzjonalisti fuq bordijiet governattivi. Din mhiex verita’. Huwa car li l-Laburisti qegħdin jipprotestaw kontra LOU BONDI għax tqiegħdu ħafna Nazzjonalisti fuq bordijiet u qatt ma nstema’ agħa mil-Laburisti.

Prim Ministru, in-nies tiegħek qed jirrabbja għal-LOU BONDI!

Jekk Joseph qed jaħseb li għandu xi kapaċita’ li jbiddel in-natura Umana, qed jara kbir wisq u qed joħroġ ta’ mexxej bla esperjenza. Hu minnu li għandu s-saħħa tal-voti warajh, izda dawn ma jagħtu saħħa divina lil ħadd li jbiddel il-mod kif in-nies mgħaġġnin.

Il-Laburisti għalihom Lou Bondi huwa d-dimonju u dan inbena hekk mill-midja Laburista; allura kif tista’ f’temp ta’ ftit xhur tipprova tikkonvincihom li dan issa sar qaddis u kulħadd għandu jaccettah u jqimu.

Joseph Muscat jitlef biss jista’ minn din il-ħatra u min jaf Lou Bondi x’jidħak li bl-għazla tiegħu fuq il-Bord tal-Fundazzjoni rnexxielu jdaħħal firda qalb il-Laburisti aktar milli rnexxielu qabel l-elezzjoni!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: