Home > News, Opinion > Joseph, Lou Bondi lifgħa li daħħaltha f’ħobbok!

Joseph, Lou Bondi lifgħa li daħħaltha f’ħobbok!

JM

M’għandi l-ebda dubju li l-Prim Ministru jħoss li jaf x’inhu jagħmel minkejja li aħna u eluf ta’ Laburisti ma naqblux mad-decizjoni tiegħu li jpoġġi lil Lou Bondi fuq fundazzjoni, izda nħoss li hemm fattur importanti li l-Prim mhux jarah jew mhux jagħti kasu:

Hu lest jiġġieled u jnaffar daqshekk Laburisti għal wiċċ Lou Bondi?

Ara Lou ma qalx lil Joseph le ma naccettax, izda bħala individwu opportunist li hu ddecieda li jieħu l-posting. Din tista’ tkun għal zewġ raġunijiet: Lou jħoss li jekk ikun fuq ġewwa aktar hemm cans li jieħu biċċa mil-laħma għalih u għal Where’s Everybody u fuq ġewwa se jkun jaf x’inhu jagħmel il-Labour u jkun jista’ juza’ dan it-tagħrif kontrieh bħalma ilu jagħmel għaxar snin.

Ma’ dan iridu nzidu l-fatt li l-maggoranza ta’ din il-fundazzjoni huma Nazzjonalisti u għalhekk il-Laburisti qegħdin f’minoranza li jfisser li dak li jiddeċiedu n-Nazzjonalisti se jgħaddi minkejja li għandna gvern Laburista; u jgħid x’jgħid Joseph il-Laburisti vvotaw biex il-Labour jieħu d-deċizjonijiet għal dan il-pajjiz u mhux in-Nazzjonalisti, inkella setgħu ma vvotaw xejn.

Hemm ukoll il-kwistjoni ta’ kemm il-membri Laburisti jistgħu jiffunzjonaw tajjeb meta jafu li għandhom ġakbin bħal Bondi magħhom li hu widna kbira tal-PN u ħabib akbar ta’ Daphne. Ma nieħduhiex bi kbira jekk il-ħajja personali tal-membri ta’ din il-fundazzjoni jispiċċaw fuq il-blog ta’ Daphne. Ħadd ma jista’ jinsa kemm mar jiġri jaqbez għaliha Bondi lejliet l-elezzjoni meta kellha xi tgħid mal-pulizija.

Bord bħal dan huwa vvizzjat minnu nniffsu għaliex in-nies li fih ma jafdawx lil xulxin u dan mhux l-unika bord li għandu din il-problema. Il-fatt li ħafna bordijiet għandhom prezenza qawwija Nazzjonalista hija problema, mhux għax ma naqblux li hemm ħafna Nazzjonalisti validi, izda għaliex il-PL missu l-ewwel ta’ cans in-nies tiegħu u fdati minnu li ma kellhomx subgħa fit-taħwid li ħalla warajh il-PN.

Li jiddaħħlu ftit Nazzjonalisti validi f’dawn il-bordijiet naċċettaw. Ma naqbilx li nagħmlu bħal PN u li qattgħu kompletament lil-Laburisti minn kollox u bnew strutturi apposta biex jakkomodaw lin-Nazzjonalisti li sal-lum qed joħolqu problema kbira għall-gvern Laburista.

Hemm ukoll il-fatt li meta Lou Bondi kien jattaka biz-zbilanc u ħdura kemm lill-PL u lil Joseph Muscat kien qiegħed jiddisrispetta bil-kbir lil-Laburisti u għalhekk Joseph m’għandux id-dritt li jitlob il-Laburisti li hu stess immobilizzahom kontra Bondi,Where’s Everybody u l-PBS, biex jaċċettawh.

Joseph irid jagħmel għazla: x’jippreferi li jnaffar eluf ta’ Laburisti jew jaġevola lil Bondi li ħsara biss  għamel lill-PL u bil-fatt li accetta li joqgħod fuq il-bord tal-fundazzjoni għadu jagħmel il-ħsara?

Possibli Joseph għandu daqshekk nuqqas ta’ rispett lejn il-Laburisti li se jħalli lil dak il-ġakbin u merċenarju jkisser ix-xogħol kbir u siewi li sar minnu u mill-PL biex jinbena partit b’saħħtu u jitla’ fil-gvern?

Il-Laburisti huma nies passjonati ħafna u nies li mhux se jibzgħu juru d-dizapprovazzjoni tagħhom. Hu minnu li Joseph huwa l-Prim Ministru, izda bis-saħħa tagħhom tela’ u din is-saħħa jrid jirrispettaha.

Bl-għazla ta’ Lou Bondi fuq il-Fundazzjoni qed juru li ftit li xejn jistmgħa l-Partitarji Ġenwini Laburisti.

Advertisements
  1. anthony attard
    September 10, 2014 at 11:45 pm

    dan il gvern li irminighna ahna laburisti pero wara naghmhlu il kontijiet for sure

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: