Home > Opinion > Ann Fenech … L-ewwel trid titgħallem tirrispetta l-poplu li trid mingħandu!

Ann Fenech … L-ewwel trid titgħallem tirrispetta l-poplu li trid mingħandu!

Ann Fenech

Ara kif xi ħadd jista’ jemmen li Ann Fenech hija mparzjali. Anke l-fatt li n-Nazzjonalisti baqgħu jinsistu li l-Bord li analiza t-telfa huwa mparzjali juri li dawn għadhom lanqas biss joħolmu l-bidla ta’ kif jaħsbuha.

Imkien fir-rapport ma semmgħu li raġuni ewlenija għalfejn abbandunahom il-poplu hi li l-abjad iridu jsejħulu iswed. Ejja nieħdu din ta’ l-ekonomija li l-ħin kollu sejrin kemm marru tajjeb. Tiftakru kif dawn in-Nazzjonalisti fil-baġit tal-2012 spiċċaw kellhom ineħħu 40 miljun minnu? Tiftakru kif dawn l-aħħar ħames snin kull previzjoni li għamel Tonio Fenech dwar id-deficit kienet zbaljata? Tiftakru b’kemm zdied id-dejn f’ħames snin?

B’tlett biljun ewro!

Issa persuna li tibni dar sabiħa, izda b’xeba’ dejn ngħidilha li għamlet suċċess?

L-istess Gonzi u Fenech bnew dar li skond huma hija sabiħa, ħalliha li 37 000 ruħ ma qablux, imma dawn minn meta taw kaz l-opinjoni pubblika? Imma d-dar li bnew ħalliethom b’tilja dejn, allura għamlu suċċess?

Ma naħsibx u r-rizultat ta’ dan it-tberbieq sfrenat, irresponsabilita’ fiskali u miljuni li għaddew lill-ħbieb tal-ħbieb issa qed jirrizulta li d-deficit għola u se jkollu jħallas għalih il-PL.

L-istorja tirrepeti ruħa. Ġrat fl-1971 meta n-Nazzjonalisti ħallew lil Mintoff bla flus, ġrat fl-1996 meta lil Alfred Sant ħallewlu l-ħofra li kien ilu javza fuqha John Dalli u fl-2013 ħallew id-deficit in-Nazzjonalisti, u din Ann Fenech li dejjem gawdet mill-konsulenzi u l-postijiet tajba li titħallas l-eluf ta’ ewros, trid tbellgħaħielna li kollox huwa PERCESSJONI. Jiġifieri qed jaraw kollox ħazin in-nies, imma fil-fatt il-PN ħalla pajjiz tajjeb warajh.

Din kummidjanta oħra li trid taħbi x-xemx bl-għarbiel u għalhekk il-PN se jibqa’ jitlef għax ma jirrispettax il-poplu. Ma rrispettaħx meta għollielhom id-dawl, l-ilma u l-gass; meta qabdu u bnew mostru faċċata tax-xaqq tal-Belt minflok bieb storiku, baqa’ jiggverna minkejja li tilef il-maġġoranza u ħalla nies tiegħu jagħmlu mandra mill-Enemalta u korruzzjoni ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewros. dan biex ma nsemmux il-ħala ta’ miljuni ta’ ewros konsulenzi li ħbieb li ma rrizultaw f’xejn!

Ann Fenech imissha l-ewwel tibda tirrispetta l-intelliġenza tal-poplu ħalli forsi xi darba l-partit tagħħa jkollu xi ċans jerġa jitla’!

//

Advertisements
  1. Albert Spiteri
    June 7, 2013 at 11:10 am

    Għandek raġun tgħid li l-PN ma jirrispettax il-poplu. Partit antikwat li qatt ma’ għaraf jidħol fid-dinja post-moderna. Għalhekk il-PN ma jista’ qatt jirrispetta lill-poplu, għax baqa’ essenzjalment partit tal-privileġġjati. Wellduh l-klassijiet privileġġjati fi żminijiet meta l-ħaddiem kien stmat għar minn qorq użat, mqatta’ w maħmuġ. L-impenn li għandu u dejjem kellu dal-partit tal-potenti hu d-difiża tal-interessi ta’ dawk il-klassijiet kontra xi aspirazzjonijiet li jista’ qatt jinbtu fost il-bdiewa u l-ħaddiema ta’ kull żmien. Qabel il-WW2 kien partit Mussolinjan iffinanzjat mill-partit faxxista taljan. Wara l-WW2, l-PN kien agunija fl-ghaxwa tal-mewt, imma sab refuġju mas-sidien kolonjali Ngliżi u bis-saħħa tal-kurja korrotta Maltija reġa ħa s-saħħa. Post il-poplu ħaddiem, fl-ekwazzjoni nazzjonalista, huwa li bil-qerq tiniżamm bażi ta’ ħaddiema egoisti, li wara li tkun xewwixthom kontra l-klassi tagħhom, taqtagħhom mill-għeruq soċjali tagħhom u tirriduċihom qishom tiġieġ bla ras, li tgħaddi ż-żmien bihom u jirringrazjawk!

  2. June 7, 2013 at 12:21 pm

    Din lispecjalista ghamlita impossibli li jkolna il gas ghawn Malta xse taghmel issa la jkollna tibla kollox lura jew?

  3. mario coleiro
    June 10, 2013 at 2:24 pm

    L-ewwel ghati parir lil Simon Busuttil biex jibda jirrispetta l-inteligenza tal-poplu u ma`jibqax jistmah ta`mghazqa!

    Amnestija!!

    Il-kap Nazzjonalista qieghed jikkritika l-amnestija lil prigunieri, qieghed jikkritika l-amnestija ta`100 jum ghax qal li Joseph Muscat iktar jinteressawh il-prigunieri milli l-vittmi taghhom!

    Peress li Simon jahseb li l-Poplu huwa iblah u jahseb li bhall ta`qablu ser jirnexxilu jbellalu r-ross bil-labra, ha nfakkru fl-amnestiji (uhud minnhom esagerati) li nghataw minn gvernijiet Nazzjonalisti fil-25 sena li ghaddew!

    1) Mejju 1987 – Fl-kazzjoni tar-rebha Nazzjonalista, xahrejn amnestija ghall-kull sena prigunerija!

    2) Mejju 1989 – Minn xahrejn sa` 7 xhur amnestija fl-okazzjoni tal-hatra ta`President gdid!

    3) Settembru 1989 – Minkeja li kienet ghada kif inghatat amnestija 4 xhur biss qabel, tinghata amnestija ohra ta`bejn xahrejn u 7 xhur fl-okazzjoni tal-25 aniversarju ta`l-Indipendenza!

    4) Mejju 1990 – Minkeja li kienu inghataw 2 amnestiji fis-sena ta`qabel, regghu taw amnestija ohra ta`xahar ghall kull sena prigunerija fl-okazzjoni taz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II!

    5) Mejju 1992 – Amnestija ohra ta`xahrejn ghall-kull sena prigunerija fl-okazzjoni tal-50 aniversarju mill-ghoti tal-George Cross!

    6) Dicembru 1999 – Amnestija ta`xahar ghall-kull sena prigunerija fl-okazzjoni tal-bidu ta`seklu gdid (Millennium)!

    Kif qed taraw mhux biss inghataw ruxxmata amnestiji, imma hafna minnhom kienu tnaqqis ghall-kull sena prigunerija u mhux 100 jum biss!

    Jekk dak iz-zmien kienu tajbin u gustifikati ghaliex illum “LE”?

    Jidher li Simon Busuttil ser jibqa jipprova jidhaq bil-Poplu Malti, jidher li ghadu ma`tghallem xejn!!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: