Home > Opinion > ĦDURA NAZZJONALISTA

ĦDURA NAZZJONALISTA

Joanne Cassar

Nispera li kif jitla’ l-Gvern Laburista jwaqqa’ l-każ li għamel il-gvern kontra Joanne Cassar forsi tibda’ tgħix ftit bi kwietha.

Minflok, jopponu d-dħul tad-divorzju minkejja li jafu kemm hawn nies u tfal qed ibatu minħabba t-tkissir bejn il-familji, u dan l-aħħar ħlief ħdura personali kontra esponenti Laburisti ma rajniex f’din il-kampanja.

Minbarra hekk, rajna lil Gonzi jiffoka fuq it-tiben f’għajn ħaddieħor mingħajr ma jinduna bit-travu f’għajnu u bil-protezzjoni li dejjem offra lill-ministri bħal Austin Gatt u Tonio Fenech li ġew implikati f’diversi episodji ta’ korruzzjoni.

Mingħajr dubju, l-akbar att ta’  ħdura Nazzjonalista kien l-appell ripetut li għamel il-Gvern Nazzjonalista’ kontra li tiżżewweġ Joanne Cassar, persuna transgender li rat martirju sħiħ għaliex minkejja li rebħet id-dritt legali li tiżżewweġ, il-Gvern Nazzjonalista baqa’ jappella b’riżultat li nefqet eluf kbar t’ewros u telaqha l-għarus.

Imbagħad, bil-wiċċ tost kollu, f’Għargħur Gonzi jiġi jgħid li jrid jirranġa kollox għal min hu transgender u minkejja t-talbiet ta’ diversi għaqdiet u l-Alternattiva Demokrattika, ma rtirax l-appell tal-Gvern tiegħu kontra Joanne Cassar.

U biex tgħaxxaqha, Joanne qalet li dejjem kienet Nazzjonalista, imma ovvjament minħabba n-natura tagħha, il-PN kasbruha, ma tawx kasha u pprovaw kemm jifilħu jagħmlulha ħajjitha aktar diffiċli milli kienet.

Gonzi huwa ipokrita mill-iprem li m’għamel xejn ħlief ħsara lil persuna li biżżejjed rat mid-Dinja minflok ma pprova jgħinha.

Imbagħad għandu l-wiċċ li jiftaħar li hu Nisrani!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: