Home > Opinion > Austin Kumbinazzjonijiet!

Austin Kumbinazzjonijiet!

gatt-austin-jolly

Austin Gatt qal li ma jħobbx il-buzzulotti, imma daħħaqna mhux ħazin dawn l-aħħar ġimgħat bid-dikjarazzjonijiet tiegħu redikoli dwar l-iskandlu tax-xiri taz-zejt. L-aktar li mhux risponsabbli meta hu kien il-ministru.

B’kumbinazzjoni l-Ministru Austin Gatt kien jiltaqa’ mal-ħbieb tiegħu li poġġihom f’xogħolhom hu bħall-ex-Chairman Tancred Tabone, Frank Sammut u George Farrugia imma qatt ma kienu jiddiskutu z-zejt!

B’kumbinazzjoni Austin Gatt wiret balla flus li qeghedin f’kontijiet fl-Izvizzera u dawk li jixtru z-zejt kienu juzaw banek Svizzeri.

B’kumbinazzjoni hu bħala l-Ministru ta’ l-Infrastruttura u l-Enerġija dak iz-zmien (għax Gonzi neħħieħ) fl-2008, kien risponsabbli tax-xiri taz-zejt u qal li hu m’għamel xejn ħazin, imma taħtu saru l-ħnizrijiet u għalhekk għandu jirrezenja.

B’kumbinazzjoni u biz-zball ġenwin nesa’ jiddikjara dan il-kont barrani.

B’kumbinazzjoni ħadd m’induna li kien hemm commissions li jiswew miljuni kbar ta’ ewros fuq medda ta’ egħxieren ta’ snin.

B’kumbinazzjoni s-salvagwardji biex dan ma jseħħx ma’ ħadmux għall-egħxieren ta’ snin.

B’kumbinazzjoni nbiddlu l-liġijiet dwar l-emissjonijiet jibqa’ jintuza z-zejt minflok il-gass.

B’kumbinazzjoni Austin Gatt għazel il-BWSC li jaħdem fuq il-Heavy Fuel Oil minflok il-gass u l-konsulent kien Joe Mizzi li qal li għandu kuntatti għolja fil-gvern u qala’ 4 miljun ewro bħala sensar.

B’kumbinazzjoni l-BWSC sabu l-kuntrattur Nazzjonalist Zaren Vassallo minn fuq il-paġni s-sofor biex jibni l-power-stejxin.

B’kumbinazzjoni bqajna nixtru z-zejt mit-Trafigura minkejja li diġa kellhom isem ħazin.

B’kumbinazzjoni jissemma A.G. u Aust imma skond il-Ministeru t’Austin Gatt seta’ kien kulħadd.

B’kumbinazzjoni George Farrugia kien interessat f’xi bicca negozju u għalhekk iltaqa’ ma’ Austin Gatt  mhux fuq ix-xiri taz-zejt.

B’kumbinazzjoni Austin, Gonzi u l-PN jippretendu li l-poplu iblaħ u njorant u se jibqa’ jibla’ dak li jgħidulu.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: