Home > News > Kif tista’ temmen lil A.G.?

Kif tista’ temmen lil A.G.?

Papa AUSTIN
Ma niskantawx li Gonzipn jaħsbu li l-poplu kollu mazzun u jibla’ kemm jiflaħ. Din hi l-aħħar arma li fadlilhom. Qegħdin jipprovaw jbellgħuna li A.G. u Aust ma jirreferux għall-Austin Gatt għax dan qed jgħid li qatt ma ltaqa’ ma’ George Farruġia u tkellem miegħu dwar ix-xiri taz-zejt. U jippretendi li aħna nemmnuh!?

Kulħadd ilu jingidem minn Austin Gatt. Minbarra li r-raġel hu kiesaħ u dardira mill-kbar, irnexxielu b’xi mod jikkontrollha lil Laurence Gonzi u jkollna nistaqsu għaliex Austin Gatt għandu daqshekk kontroll fuq Gonzi?

Meta tara l-ħmieġ li ħiereġ mill-maniġġi tal-Ministeru ta’ Austin tifhem għalfejn tal-PN dejjem jiftaħru li flimkien kollox possibli għax biex jirnexxielek tisraq mijiet ta’ miljuni ta’ ewros bil-barka tal-gvern hija zgur l-akbar att ta’ korruzzjoni li qatt ra dan il-pajjiz.

Tifhem ukoll għalfejn Gatt fotta l-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija f’pajjizna dawn l-aħħar għaxar snin u kwazi falla l-Enemalta u ħadd qatt ma kellmu. Tifhem kif Gonzi pprefera jeqred l-effettivita’ tal-kabinett tiegħu li għamel kwazi sentejn ma jaħdimx sew biex jiddefendi lil Gatt u jipproteġieh mill-vot tas-sfiduċja. Tifhem ukoll għalfejn Gonzi mbutta biex jiġu kkastigati MPs bħall-Franco Debono, Jesmond Mugliette u JPO li riedu jkunu jafu l-verita’, filwaqt li baqa’ jipproteġi lil Austin Gatt.

Li ma nifhmux hija l-kawza tal-protezzjoni bla loġika li Gonzi offra u ta’ lil Austin Gatt anke meta kien jaf li dan jista’ jwaqqa’ l-gvern. Mhux talli hekk, imma minkejja li Gatt falla fil-qasam tal-generazzjoni ta’ l-enerġija u fit-trasport pubbliku, xorta ħalla lis-strateġija elettorali tal-partit f’idejh.

X’għandu dan Austin Gatt fuq Gonzi biex jagħmel x’jagħmel, xorta baqa’ jaqbez għalih?

Tajjeb ukoll nikkwota lil xi MPs dwar x’qalu fuq Austin Gatt u l-kwistjoni taz-zejt.

Evarist Bartolo: “Lil Austin Gatt smajtu jigdeb quddiemi fuq l-kwistjoni tal-vot ta’ Justyne Caruana… jekk gideb dakinhar kapaci jerga jigdeb. Lawrence Gonzi iddecieda li jemmen lill Austin Gatt. Jien lil Austin Gatt ma nemmnux”.
Jeffrey Pullicino Orlando: “Wiehed jistaqsi ghalfejn bqajna fuq iz-zejt? Biex jkun hemm min jibqa jiehu l-flus mill-commissions? Jigifieri twikkejna b’Power station li tniggez biex jkun hemm min jibqa jiehu l-commissions?”
Joseph Muscat: “X’ jigri jekk madwar il-mejda li tiddeciedi dwar mahfra, jkun hemm POLITIKU li jiddeciedi biex JGHATTI XTURU? “

Ta’ l-aħħar hija serja għaliex diġa ġrat. Iltaqa’ l-Kabinett tal-PN b’Austin Gatt prezenti u qablu li jagħtu proklama lil George Farruġia minkejja li l-pulizija qalu li għandhom bizzejjed evidenza. Min hu sid xi ħadd mill-kabinett li jista’ jkun li hu nvolut f’din il-mafja taz-zejt li jirranġa ma’ Farruġia biex jimplika biss lil ċerta persuni u lill-ministri le?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: