Home > Opinion > Il-Mafja taż-Żejt tisraq kważi nofs biljun ewro!

Il-Mafja taż-Żejt tisraq kważi nofs biljun ewro!

Tancred Tabone tal-Forestals u li kien ic-chairman tal-Kamra tal-Kummerc għandu ħafna x'jirrispondi dwar it-tixħim u l-korruzzjoni fix-xiri taz-zejt.

Tancred Tabone tal-Forestals u li kien ic-chairman tal-Kamra tal-Kummerc għandu ħafna x’jirrispondi dwar it-tixħim u l-korruzzjoni fix-xiri taz-zejt.

Miskin Tancred Tabone tal-Kamra tal-Kummerċ saħħtu marret lura kif ħareġ li kien involut fit-taħwida tax-xiri taż-żejt li wettaq Frank Sammut. Aħna tal-Mazzun smajna li Lawrence Gonzi fittex ta’  l-proklama li Mario Farruġia għax Sammut tgħidx x’jikxef t’ismijiet mal-pulizija u politikament il-Prim Ministru jaqbillu li jidher li qed jagħmel minn kollox biex toħroġ il-verita’ minn din il-biċċa mafja li ilha għaddejja aktar minn għaxar snin.

Aħna għamilna ftit somon u estimajna li jekk pajjiżna mis-sena 2000 ‘l hawn kien jixtri 350 miljun ewro żejt fis-sena u nies bħal Frank Sammut u sħabu kienu jieħdu minn 10 sa 15% tal-bunkering, dawn għamlu bejn 455 u 682 miljun.

X’ma tintiliex bid-dejn l-Enemalta u x’ma jgħolliex il-prezz tad-dawl u l-ilma Gonzi!

Issa dan kollu sar l-aktar taħt il-Ministru Gatt li b’KUMBINAZZJONI kif tela’ biddel dak li ried jagħmel il-Ministru ta’ qablu Josef Bonniċi li xtaq jaqleb kollox fuq il-gass. Gatt kellu ta’ l-inqas żewġ ċansijiet tad-deheb iġibilna pipelines tal-gass b’xejn fi żmien meta l-gass kien għadu ferm irħas miż-żejt u dan m’għamlux. John Pace stess, espert li mhux Laburist li kien jaħdem fl-Enemalta fiz-zmien il-Ministru Bonniċi u Gatt kixef kif il-lobby taz-zejt kellu saħħa bizzejjed jikkonvinci l-gvern jaqleb fuq l-uzu taz-zejt u Austin Gatt irid ibellgħahielna li ma kien jaf b’xejn!?

Biex ngħaxxquha minkejja l-ftaħir ta’ Gonzi li l-UE se jagħtuna ‘l fuq minn biljun ewro fil-ħames snin li ġejjin, il-fondi għall-pipeline tnaqqsu sew għal xi 60 miljun ewro li huwa biss 10% ta’ kemm jiswa biex isir il-pajp tal-gass li jixtieq jagħmel il-PN jekk jerġa jitla’ fil-gvern. Dan ifisser li jekk jitla’ l-Gvern Nazzjonalista m’għandux mod kif jiffinanzja l-pajp tal-gass u se nibqgħu niddependu fuq iz-zejt għaliex ma jaqbilx mas-sistema tal-Partit Laburista li juza terminal taz-zejt.

Wieħed minn nies imdeffsin fil-kwistjoni taż-żejt huwa sid il-kumpanija Virtu Ferries u dan jispjega kif irnexxielu jixtri wieħed mill-akbar katamarani fid-dinja li żgur jiswa ‘l fuq minn 100 miljun ewro u jaħli daqshekk flus fuq id-diesel biex iġibu Malta mill-Awstralja!

B’nofs biljun ewro x’ma jkunx jista’ jagħmel bniedem?

Ixxaħħam ministru, kabinett sħiħ u anke CEO ta’ kumpanija ta’ l-Enerġija!

Aħna tal-Mazzun wisq nibżgħu li din tal-proklama lil Farruġia se tispiċċa tingħata għalxejn bħal meta l-PN tal-maħfra lil Żeppi l-Ħafi. Dan għaliex jekk hemm il-ministri mdeffsa f’dan l-iskandlu, sempliċiment Farrugia jingħata struzzjonijiet biex ma jitkellimx. Xaqq ta’ dawl huwa l-fatt li l-avukat ta’ Farruġia huwa Franco Debono li zgur għandu nteress li toħroġ il-verita biex turi x’kien qiegħed iseħħ fil-Ministru ta’ Austin Gatt li baqa’ jirrenja fil-PN anke wara tant skandli u buzzulotti. Franco zgur li se jkun viġilanti biex anke jekk ma jkunx fl-interess tal-PN li toħroġ il-verita’, jaċċerta li toħroġ u ssir ġustizzja mal-poplu Malti.

Tinsewx li qed nitkellmu fuq somma li possibilment taqbez in-nofs biljun ewro; somma li tagħti diversi ndividwi bizzejjed saħħa biex anke jbiddlu r-rotta ta’ pajjiz bħalma jidher li għamlu hekk kif pajjizna baqa’ għaddej fuq l-uzu taz-zejt li jħammeġ minflok qaleb għall-gass li kien irħas u ħafna aktar nadif dak iz-zmien. Dan ifisser ukoll li minħabba din il-mafja ġew injorati saħħet in-nies li kieku kien ikollhom ambjent ħafna aktar nadifa kieku fis-sena 2000 bdiet ic-change-over għall-gass.

Mhux talli l-Gvern u l-Ministru ta’ l-Enerġija ta’ dak iz-zmien issaggrifika s-saħħa tan-nies biex jitma’ lill-balieni korrotti, izda tefa’ l-pajjiz f’xeba’ dejn minħabba l-ispejjez tax-xiri ta’ l-enerġija, il-korruzzjoni ta’ dawk li kienu jieħdu l-kappara u d-dejn ta’ l-Enemalta. Nofs biljun ewro kien ikun bizzejjed biex jiġi newtralizzat id-dejn ta’ l-Enemalta, izda l-PN ipprefera li dawn jintefgħu fil-bwiet ta’ erba’ minn nies tal-qalba.

Nies daqstant b’saħħithom b’miljuni kbar fil-but, mhux talli jistgħu jxaħħmu, imma anke jheddu u jeliminaw in-nies’ u għalhekk il-Partit Laburista jrid joqgħod aktar attent għaliex tant hemm interessi kbar involuti f’din il-mafja taż-żejt li ma noħduhiex bi kbira li ssir xi traġedja!

 

Advertisements
  1. Persuna
    February 11, 2013 at 10:02 am

    Kemm issawtek il-mami kuljum?

    • February 11, 2013 at 10:32 am

      Mhux daqskemm isawwat lilek!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: