Home > Opinion > Serjeta’

Serjeta’

Gonzi jpacpac biss

Dr. Joseph Muscat irnexxielu jerġa jagħmel il-politika rispettabbli f’pajjiżna. Il-kampanja elettorali tiegħu hija waħda serja, ibbażata fuq il-fatti u fuq ir-rispett lejn l-individwu hu min hu: Nazzjonalist, Laburist, Omosesswali, Eterosesswali ….

L-aħħar intervista tiegħu fuq it-Times fejn stqarr li min hu gay għandu d-dritt jaddotta u jieħu ħsieb it-tfal jekk dawn it-tfal se jkunu aħjar, turi l-progressiviżmu ta’ Joseph Muscat u żgur li għalqet ħalq min, bħall-Alternattiva Demokratika jħobbu jgħajru li l-Labour sar lemini daqs il-PN.

Issa naraw kemm il-PN se joħroġ b’ideat bħal dawn?

Minkejja li l-PN għandu ħafna membri kemm tal-Kunsill kif ukoll Membri Parlamentari li huma gay, dawn kważi kollha jinsabu moħbija għax jafu li l-lifestyle tagħhom jikklaxxja bil-kbir mad-djuq, konfessjonaliżmu u konservatiżmu nħerenti tal-PN.

Il-PN la qatt kien partit favur l-omosesswali u lanqas favur riformi soċjali favur sezzjonijiet li jikkawżaw kontroversji, l-aktar jekk dawn il-kontroversji jolqtu b’xi mod ħażin li l-akbar allejata tagħhom, il-Knisja Kattolika Maltija.

Għalhekk il-Liġi ta’ l-IVF li għaddew kienet waħda ristrettiva u konservattiva ħafna u nispera li Partit Laburista ġdid jemenda ħalli tkun aktar ġusta għal sezzjonijiet oħra tas-soċjeta’ li tħallew barra.

Għalhekk il-PN kaxkar saqajh biex jgħaddi liġi tal-koabitazzjoni li kienet biss toffri lill-koppji gay li jitqiesu qishom aħwa.

Għalhekk il-PN ħalla sa’ l-aħħar biex jirranġa l-liġi taċ-ċensura li kienet waħda ristretta u reazzjonarja, tant li ftit qabel spiċċat kważi tefgħat il-ħabs lil Alex Vella Ġera talli kiteb storja li darrset li xi nies.

Kellu jkun Partit Laburista li jiddikriminiliżża l-Omosesswalita’ u issa qiegħed iwiegħed li anke t-transgender jingħataw rimedju minħabba l-problema speċjali li jkollhom. Din fil-passat spiċċat kważi qerdet il-ħajja ta’ persuna li biddlet is-sess u riedet il-qorti ddawrilha l-karta ta’  l-identita’ biex turi li saret mara, iżda l-qorti m’aċċettatx. B’gvern Laburista ġdid, dawn in-nies li diġa jkunu għaddew minn trawma fiżika u psikoloġika se jkunu jistgħu jinnormaliżżaw l-istat tagħhom b’mod legali.

Is-serjeta’ li Dr. Muscat wera li se jiggverna biha se tolqot il-parlament ukoll u bil-mod kif qiegħed iwiegħed il-kontabilita’ ta’ kull min jingħata post importanti. L-arja żejda li għandhom ħafna kapijiet ta’ awtoritajiet li l-lejalta’ tagħhom hija lejn il-gvern u mhux lejn iċ-ċittadin li suppost jaqdu trid tinqata’.

 

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: