Home > Features, Opinion > Il-Labour iwiegħed Unjoni Ċivili għal Koppji Gay

Il-Labour iwiegħed Unjoni Ċivili għal Koppji Gay

LGBT

Dan il-blog twaqqaf biex jgħin fil-battalja kontra l-Knisja u l-PN li riedu jċaħħdu lill-poplu Malti mid-dritt tad-divorzju.

Għalina, r-rebħa ta’ l-iva fir-referendum għad-divorzju kienet rebħa għas-sekulariżmu f’pajjiżna u daqqa ta’ ħarta lill-forzi tad-dlam li dejjem iridu jżommu l-poplu lura u jiddettaw lil kulħadd kif għandu jgħix.

Aħna minn dejjem konna favur d-drittijiet ċivili nkluż id-dritt li koppji gay li jinħabbu jingħataw id-dritt li jiżżewġu. Il-bill tal-ko-abitazzjoni li ried jgħaddi l-PN ried biss jagħti d-drittijiet lil dawk il-gays li jgħix flimkien għax jinħabbu billi jistmgħahhom bħala aħwa. Bħallikieku kien qed jistħi jagħtihom id-dritt ċivili li jistħoqqilhom. Dan minkejja li l-PN għandu Membri Parlamentari li huma appertament gay.

Aħna tal-Mazzun dejjem irraġunajna li l-għoti tad-dritt ċivili lill-gays biex jingħaqdu f’rabta’ legali bħalma qed iwiegħed li se jagħtihom il-Partit Laburista mhi se tagħmel ħsara lil ħadd u hija stramba kif l-aktar nies li jipprotestaw huma dawk miżżewġin li ħaġa bħal  din lanqas taffettwahhom.

Dr. Joseph Muscat stqarr li ma jinteressaħx li jista’ jitlef il-voti permezz ta’ din il-wegħda, il-komunita’ gay jistħoqqilha l-istess rispett u drittijiet li għandhom ċittadini oħra. Ara l-Partit Nazzjonalista minkejja li ħareġ il-Manifest tiegħu li jgħid li l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jdaħħal id-drittijiet ċivili għal kulħadd, iżda tqatel biex ma jħallix id-divorzju jidħol u fil-liġi ta’ l-IVF qata’ ‘l barra lil min hu gay jew mhux miżżewweġ li jingħataw id-dritt li jagħmel din it-teknika. Anzi, ried li jkun hemm bord mimli xeba’ qassisin, tobba u MPs Nazzjonalisti u dojoq li jiddeċiedu huma min għandu jingħata dan id-dritt. Dan il-bord ma sarx għax il-Partit Laburista opponieħ bil-qawwi.

U li kieku kellu ż-żmien jgħaddi l-liġi tal-koabitazzjoni kopji gay ma kienux se jingħataw id-dritt ta’ unjoni ċivili. Allura jkollna nistaqsu lil Dr. Gonzi biex joħroġ fl-apert u jgħid jekk hux se jagħti d-dritt ta’ unjoni ċivili lill-koppji gay li se jagħtihom il-Partit Laburista.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: