Home > Opinion > PN BLA KREDIBILITA’ FIL-QASAM TA’ L-ENERĠIJA.

PN BLA KREDIBILITA’ FIL-QASAM TA’ L-ENERĠIJA.

alternative-energy-sources

Jekk Lawrence Gonzi dejjem kellu f’moħħu li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għalfejn kellu jistenna lill-Labour joħorġu bil-pjan tagħhom?

Din mistoqsija tassew relevanti li turi zewġ affarijiet: li n-Nazzjonalisti qatt ma kellhom idea kif setgħu jraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew li sempliċiment ma riedux.

L-aħħar alternattiva mhiex realistika għaliex li kieku l-PN seta’ jraħħas fl-aħħar baġit kien iraħħas.

Il-landament tal-PN matul dawn l-aħħar għaxar snin juri biċ-ċar li dawn qatt ma kellhom pjan dwar l-enerġija, iżda kull darba kienu qed jittrattaw il-problema b’dak li jissejjaħ crisis management. Niftakar baġits fejn minflok ma naqsu l-prezz tal-petrol bla ċomb li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent, ħallewħ bl-istess prezz ta’ dak biċ-ċomb. F’baġit ieħor taw tnaqqis lil min kellu karozza taħdem bil-gass biex imbagħad sabu li f’Malta kollha kien hawn anqas minn tużżana u ma kellhomx fejn jimlew it-tank! Ħallew lil kulħadd jibni fl-għoli kemm irid u min seta’ jinstalla pannelli solari spiċċa fid-dell.

U f’dan iż-żmien kollu baqgħu ma ppubblikawx strateġija dwar l-enerġija meta kienu jafu li l-UE kienet qiegħda ssus warajna biex ninvestu 10% f’enerġija alternattiva sas-sena 2020 meta sal-lum għandna anqas minn 1%. Dan juri kemm kulma m’għamel il-PN fil-qasam ta’ l-enerġija kien bla ppjanar tant li biex nilħqu t-targits ta’ l-UE, ngħalqu l-power-stejxin tal-Marsa (li l-PN ma rnexxilhomx jagħmlu) u ma naqilgħux tilja multi rridu bilfors ninvestu f’1.5% ta’ l-enerġija kollha ta’ pajjiżna kull sena f’dik alternattiva jekk iridu nilħqu l-mira ta’ l-UE.

Min jitla’ fil-gvern irid jżid l-enerġija alternattiva b’9 perċentwali f’anqas minn seba’ snin u l-PN iridu jikkonvinċuna li huma kapaċi jagħmlu dan meta f’25 sena lanqas biss irnexxielhom iżidu l-enerġija alternattiva f’pajjiżna kollu b’1%. Tinsewx li l-miri ta’ l-UE dwar l-enerġija alternattiva ma sarux issa, iżda kważi għoxrin sena ilu!

Fil-baġit ta’ tlett snin ilu kull ministeru tal-gvern Nazzjonalista kellu jinstalla l-pannelli solari fuq il-bejt u fl-2001 diġa suppost li kellu jkollna l-interconnector tal-gass. Minflok Gonzi nvesta f’power-stejxin li taħdem bl-aktar fjuwil li jħammeġ l-aqwa li ta’ 4 miljun ewro sensarija lil Joe Mizzi li min jaf f’liema bwiet marru.

U żgur li Karmenu Vella kellu raġun jgħid li Tonio Fenech m’għandux kredenzjali biex jitkellem!

Il-problemi u l-kriżi kbira fl-enerġija li għadna fil-pajjiż ġejja biss minn immaniġġjar ħażin ta’ Gvern Nazzjonalista li qatt ma kien jaf minn fejn kellu jibda biex isolvihom.

Allura kif jista’ jkun li b’rekord diżastruż bħal dan il-poplu jemmnu u jerġa jagħtihom il-mandat?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: