Home > Features > Il-Labour jispara missila nuklejari lejn il-PN!

Il-Labour jispara missila nuklejari lejn il-PN!

Power-stejxin li wara 23 sena għadda ma' tħallsitx!

Għaliex il-PN ma nvestewx f’power-stejxin li taħdem bil-gass mill-ewwel mhux nefqu dawk il-flus kollha u ma solvewx il-krizi ta’ l-enerġija li ġabu fuq dan il-pajjiz huma stess?

Il-PN ilhom imħawdin, izda l-pjan dwar it-traħħis tal-kontijiet ta’ l-elettriku tahom knock-out u ħallihom jaqdu qishom kelb qed jipprova jaqbad denbu u qatt ma jirnexxielu.

Meta Konrad Mizzi ħareġ bil-pjan, ftit wara smajna lil Tonio Fenech jgħid li dan ma jafx x’inhu jgħid imbagħad spiċċa miegħu fuq it-TVM u malajr urieħ kemm verament jaf x’inhu jgħid. Imbagħad ħarġu l-MHRA u l-MEA li QATT ma kienu xi allejati tal-Partit Laburista magħmula minn skoss Nazzjonalisti li ġieli dehru ma’ Fenech Adami u Gonzi fil-midja; u ħaġa ta’ l-iskantament tgħidx kemm faħħru l-pjan tal-Labour.

Mhemmx xi ngħidu, il-PN dan it-tifħir ma felħux allura pprovaw iħammġu lil Konrad Mizzi għax missieru qiegħed fl-MEA u għalhekk riedu jgħidu li dawn għandhom kunflitt t’interess. Mela bl-istess raġunar tal-MEA li ħafna minnhom Nazzjonalisti magħrufa nkluz il-kap tagħhom Joe Farruġia li l-Gvern Nazzjonalista poġġewħ bħala l-kap tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST ma misshomx joħorġu jfaħħru l-baġits tal-gvern għax għandhom il-kap tagħhom b’kunflitt t’interess kbir. B’post bħal dak, il-PN jaħseb li Farruġia ħa jikkritikahom meta jitimgħuh?

Madankollu xorta naħseb li l-MHRA u l-MEA huma aktar professjonali minn hekk u faħħru l-pjan tal-Labour ghax hu wieħed meqjuz u tajjeb, tant li minkejja li Simon Busuttil sejjaħħlu l-gimmick tal-millenju, sieħbu Gonzi mill-Ġermanja malajr dar dawra mejt u qal li anke l-PN iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jekk jitla’.

Kif tista’ temmen nies bħal dawn?

Tinsewx li fil-manifest tal-2008 li kitbu Simon Busuttil l-istess kien qalu li mhux se jgħollu t-tariffi u kulħadd jaf x’ġara.

Insomma l-Labour beda billi spara missila nuklejari u jrid ikompli miexi f’din it-triq. Il-PN kellhom iċ-ċans iraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u minflok Gonzi qalilna li ħa pjaċir jivvota favur li jizdiedu. Minflok ma ħela 90 miljun ewro fuq teatru bla saqaf u parlament li m’għandniex bzonnu missu nvesta dawn il-flus fl-enerġija, imma moħħu biss biex jibni proġetti vanituzi ħalli jaqtagħlhom iz-zigarella.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: