Home > Features > It-Trinita’ tad-Djuq Malti

It-Trinita’ tad-Djuq Malti

It-Trinita’ tad-Djuq Malti u konservatiżmu fundamentalista. Mix-xellug għall-lemin: Noelle Grima, Tonio Borg u Paul Vincenti.

L-10 ta’ Diċembru suppost li se tkun l-aħħar ħanqa ta’ dan il-Gvern moribund li wara l-manipulazzjonijiet anti-demokratiċi li għamel fil-parlament għal sena sħiħa, qatt ma jista’ jgħid li huwa xi epitomija tad-demokrazija. Għax jekk Fenech Adami neħħa l-arja tal-Ministri Laburisti fit-tmenijiet u waddabbhom fl-opposizzjoni, Gonzi ħodt u kisser dak kollu li għamel Fenech Adami biex pajjiżna jieħu r-ruħ wara t-taqlib bejn l-1981 u l-1987.

Hija ħasra li wieħed mill-arkittetti li għ

affeġ u ħawwad kemm felaħ bl-għodod legalistiċi ħalli l-opposizzjoni u Franco Debono ma jkollhomx leħen fil-parlament matul is-sena li kważi għaddiet kien Tonio Borġ li issa mar jirrappreżenta lill-Maltin kollha fil-Parlament Ewropew.

Tonio Borġ żgur li se jibqa’ mfakkar bħala r-Re ta’ l-Ipokrezija minn fost partit miżgħud b’ipokriti mill-iprem. Il-ħabib kbir ta’ Pawlu Vinċenti tal-Gift of Life li ossessjonat bl-abort f’pajjiż fejn prattikame

nt kulħadd huwa kontrieħ, kien mans ħafna fil-kritika li kellu lejn sieħbu, wara li dan prattikament wiegħed li jagħmel kollox li dejjem iġġieled kontrieħ f’Malta.

Mhemmx dubju li biex jixxena u jirreċta quddiem it-teatru ta’  l-EU, ħadd ma jegħilbu lil Tonio Borġ għax spiċċa jiffirma li lest jirrispetta d-drittijiet tan-nisa u dan ifisser li jkollu jaċċetta l-abort.

Issa, sur Vinċenti min ħareġ l-aktar favur l-abort?

Il-PN jew l-LP?

Tiftakar kemm għajjart lil Alfred Sant għax ma

riedx jiffirma l-petizzjoni biex l-abort jiġi mdeffes fil-Kostituzzjoni?

Għamilt l-istess fil-konfront ta’ sieħbek Tonio?

U żgur li m’għamilx, jekk ħaġa waħda miegħu. Ma n

ieħduhiex bi kbira jispiċċa jieħdu miegħu Brusel!

Aħna tal-Mazzun għadna ma nistgħux nifhmu għalfejn il-PL ibbakkja lil Tonio Borġ meta dan mexa b’mod tant anti-demokratiku bħala l-Kap tal-Kamra u ma ħallihom jiddiskutu xejn ħalli Gonzipn jibqa’ iggranfat mal-poter. Il-PL uża r-raġuni tal-għaqda Nazzjonali, iżda meta Gonzipn qatt ta’ każ l-għaqda Nazzjonali?

Ħarsa madwarna turi li kulma qed jagħmel Gonzipn huwa li jipprova jaqdi n-nies tiegħu u jaġevola lill-benefatturi tiegħu għax il-Kilba għall-Poter hekk iġiegħlek tagħmel.

Id-djuq ta’  Tonio Borġ ħsara tista’ tagħmel lill-pajjiżna bħalma diġa għamlet hekk kif urejna lill-UE kemm għadna lura. Ħafna gruppi se jkunu qishom isqra fuq Borġ u jekk jiżloq waħda mill-ewwel jaqlagħha u taqlagħha Malta miegħu.

Aħbar isbaħ kienet dik li Simon Busuttil li ħareġ għall-elezzjoni tad-Deputat Mexxej tal-PN qal li jaqbel f’kollox ma’  Tonio Borġ. Aħna tal-Mazzun bdejna nħokku rasna għax sa fejn nafu aħna, il-midja qiegħda tippreżenta lil Busuttil bħala l-politiku frisk u liberali, iżda kemm hu liberali jekk jaqbel f’kollox ma’ l-aktar politiku dejjaq fil-parlament, Tonio Borġ?

Dan ifisser wara l-elezzjoni l-PN se jibqa’ partit konservattiv u konfessjonali magħqud mal-Knisja Kattolika bħalma kien, għadu u jibqa’. Jekk jilħaq Deputat Mexxej Busuttil mhux se jbiddel xejn għax jaqbel mad-djuq ta’  Tonio Borġ u jekk jitla’ l-ieħor li jara l-Madonna tibki, Tonio Fenech, aktar jiġu ottu!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: