Home > Opinion > Tonio Borġ moħħu magħluq wisq għall-Kummissarju Ewropew

Tonio Borġ moħħu magħluq wisq għall-Kummissarju Ewropew

Prosit Gonzi talli se tibgħat wieħed mill-aktar ministri dojoq u konservattivi li għandek fl-Ewropa biex ikompli juri kemm aħna l-Maltin għadna lura!

Il-gvern preżenti ma jistax jieħu r-ruħ għaliex ħa sensiela ta’ deċiżjonijiet żbaljati, partiġġjani u mmirati li jaġevolaw bil-qawwi li min hu ta’  ġewwa. Staqsu lil dawk il-konsulenti li ħadu l-mijiet t’eluf ta’ ewros għar-riforma falluta ta’ l-Arriva, lil Joe Mizzi ta’ l-erba’ miljun ewro li ħa talli laqqa’ lill-gvern mal-BWSC u lil Frank Portelli li l-gvern se jaħfirlu dejnu.

In-nomina ta’ Tonio Borġ għall-Kummissarju Ewropew hija l-aħħar deċiżjoni dujuża u fażula ta’ dan il-gvern. Minflok jinnomina lil xi ħadd b’moħħu miftuħ li jista’ jagħmlilna riklam tajjeb fl-UE, jibgħatu lil xi ħadd b’moħħ magħluq b’katnazz daqshiex li jizzufjetta bl-omosesswali u li jimbotta bis-sħiħ għaqda fundamentalista bħal dik ta’ Vinċenti li riedet idaħħal liġi kontra l-abort f’pajjiż fejn mhawnx abort!

Kif Barrosa aċċetta n-nominazzjoni ta’ Tonio Borġ wara li qaċċat lil John Dalli mingħajr kliem u sliem, hija suspettuża u turi li l-President ta’ l-Ewropa jrid jtajjar lil Dalli kemm jista’ jkun malajr u jdaħħal lil xi ħadd ieħor minkejja li dan jista’ joħloqlu l-istess problemi li ħoloqlu Buttiglione ftit snin ilu.

Kif sostnew l-Umanisti Ewropej, Artiklu 2 taċ-ċarter ta’ l-Unjoni Ewropeja huwa bil-qawwi favur id-drittijiet tal-bniedem, l-aktar id-drittijiet tal-minoritajiet u dan ibbażat fuq il-prinċipji komuni Ewropej ta’ ekwalita’ bejn is-sessi u t-tneħħija ta’ kull tip ta’ diskriminazzjoni.

“Jeżistu dubji serji kemm Tonio Borġ jaqbel ma’ dawn. Bħala Ministru ta’ l-Ġustizzja f’Malta, hu ripetutament u b’qawwa oppona d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa u fl-2004 ħadem biex tiddaħħal liġi kontra l-abort fil-Kostituzzjoni . Fl-2011, hu ġġieled bil-qawwa kontra l-leġislazzjoni tad-divorzju f’Malta u ta’ opinjonijiet xejn kumplimentużi kontra l-kommunita’ LGBT u oppona d-dritt li l-omosesswali jikkoħabitaw fl-2009. 

Finalment fl-2009 bħala Ministru tal-Affarijiet Interni naqas milli jipproteġi d-drittijiet ta’  l-immigranti llegali minkejja l-protesti  ta’ numru ta’ organizazzjonijiet qabel mad-diportazzjoni  ta’ mitejn Eritrejani fl-2002 fejn numru sew minnhom ġew torturati u maqtula. 

Aħna nemmnu li l-kandidatura ta’ Tonio Borġ tagħmel ħsara lil Malta fl-UE u hija sinjal ambigwu minn instituzzjoni li dejjem ħadmet favur dawn id-drittijiet.”

Mhemmx xi ngħidu, aħna tal-Mazzun naqblu kompletament ma’ dawn l-ideat  u ngħajtu biex jintbagħat kandidat aktar b’moħħu miftuħ u li jista’ jagħmel ġieħ lill-pajjiżna.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: