Home > Opinion > Mintoff u l-Egħdewwa Tiegħu

Mintoff u l-Egħdewwa Tiegħu

Ma kien hemmx dubju li Mintoff kien ħaqqu funeral statali. Il-bini tal-welfare state u t-twaqqif ta’ kumpaniji kummerċjali bħall-Airmalta, s-Sea Malta, il-Mid-Med u ħafna oħrajn li l-PN irnexxielu biss iżarma, huma xiehda biżżejjed ta’ dan.

Il-ħsieb xellugi u soċjalista ta’ għinuna li min kien żgħir u fqir li qatt ma sabu lill-PN tas-sittinijiet biex isostnuhom kienet pedina importanti biex Mintoff iwaqqaf soċjeta aktar ġusta u ta’ mogħdrija, minkejja l-ftaħir tal-PN li kien Partit Demokristjan u għalhekk suppost mexa fuq prinċipji Kristjani li għallem Kristu.

Illum stess qed naraw fejn waslet din il-politika “Demokristjana” tal-ftit magħżula li jmexxu u jibilgħu kollox–il-famuża oligarkija ta’ ħażen li ħareġ biha Franco Debono u li mmexxija minn Richard Cachia Caruana li bis-saħħa li għandu lanqas il-Prim Ministru ma’ jidher li jista’ għalih. Dan rajnieh li hekk kif Malta kollha kienet qiegħda tibki t-telfa ta’ Mintoff, il-ħabiba kbira ta’ RCC ħarġet tgħajjar bi ħdura patoloġika lil Mintoff u la Gonzi, la l-PN u lanqas ħadd ma ħareġ jgħid li dan kien aġir moqżież ta’ xi ħadd li għandu fisazzjoni li turi ċerta nstabbilita’ mentali.

Sewwa jgħidu li l-Ispiżjar milli jkollu jtik għaliex DCG ftaħret li kellhom l-ordnijiet biex jgħaddu lil Franco Debono ta’ miġnun billi joqgħodu jgħajruh psycho fuq il-blog tagħha, iżda qatt ma ħarset ftit lejn mera (mingħajr m’ixxaqqaqha) biex tara min hu l-vera psycho għaliex ninsab ċerta li fisazzjoni patoloġika li għandha hi li ġġegħlha tgħajjar u tħammeġ lil kull min ma’ jaqbilx magħha, ma’ Gonzi jew jammira lil Mintoff hija marda mentali tat-tip ta’ ossessjoni; u ninsabu ċerti li hemm ċans kbir li jkollha nervous breakdown jekk fix-xhur li ġejjin issir elezzjoni u jirbaħ il-Partit Laburista.

L-inabilita’ ta’ Gonzi li jikkontrollaha turi kemm hu mexxej dgħajjef li mhux talli tilef il-kontroll tal-Partit tiegħu, iżda anke ta’ l-istrateġisti tiegħu li ilhom jużaw għodda bla etika biex jeqirdu r-rivali tal-politiċi tal-PN.

Pero ħafna nies ma jiskantawx b’dan l-aġir. F’dawn iż-żmenijiet, ħafna jiftakru kemm fil-ħamsinijiet Mintoff iġġieled waħdu kontra l-qawwa tal-kolonjalisti Brittaniċi u waqt li l-Laburisti kienu jisfgħu msawta u mitfugħha l-ħabs minn De Grey, in-Nazzjonalisti kienu jpejpu s-sigaretti duty-free fil-parlament!

Ħafna jiftakru li waqt li Mintoff kien qed jissielet kontra l-ħdura tal-Knisja kontra l-Laburisti u l-istmerrija li dejjem wera l-Arċisqof Gonzi kontra s-Soċjalisti, in-Nazzjonalisti kienu jappoġġjaw it-tkissir tad-demokrazija u l-moħqrija tal-Laburisti. Ħafna qatt ma jinsew il-mard, ħmieġ, faqar, tallaba u l-msejkna li kienet mimlija bihom Malta minħabba l-inkompetenza ta’ Ministri bħall-Gross, Censu Tabone, Guido Demarco, Bonello de Puis, Joe Fenech u tant oħrajn; u li kif tela’ Mintoff fl-1970 ma sab assolutament xejn u ħalef li jeqred il-miżerja li ħallew in-Nazzjonalisti.

Bil-wiċċ tost kollu, il-PN tal-lum jikkritikaw il-Korpi li waqqaf biex kulħadd ikollu x-xogħol meta l-Ministri tagħhom għoddhom qatlu l-poplu bil-ġuħ u l-unika alternattivi li tawh kienet l-emigrazzjoni.

U żgur li jobogħduh n-Nazzjonalisti lil Mintoff għax għamel dak kollu li ma kienux kapaċi jagħmlu huma. Ta’ d-dinjita liż-żgħir u l-fqir, filwaqt li huma qed jerġgħu jreġġgħu l-arloġġ lura bl-iskuża tal-qagħada tad-Dinja.

X’kellu jgħid Mintoff għall-Partit li tela’ meta l-Ewropa kienet qiegħda tinbena wara l-gwerra u meta kien hawn ix-xogħol kullimkien ħlief f’Malta minħabba l-lgħaqiżmu tagħhom lejn il-kuruna Ingliża u d-disprezz li dejjem stmaw lil min hu żgħir u fqir?

U x’ma joħorġux bi ħġarhom għall-funeral ta’ Mintoff il-Maltin u x’ma jgħirux għira kbira n-Nazzjonalisti għal mod kif kulħadd għaraf li Mintoff kien il-mexxej li verament ħadd liż-żgħir, għen il-fqir u poġġa lil Malta fuq il-mappa.

 

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    August 26, 2012 at 11:26 am

    Issa hemm bżonn li lil Dom inħalluh fil-paċi ta’ dejjem. Hemm ħafna x’wieħed janalizza minn dak li ħareġ mill-fuineral. Iċ-ċerimonja kienet okkażjoni ta’ fariżejiżmu. Gonzi u sħabu użawha biex ilaqqtu l-voti. Gonzi kellu wiċċu maqsum bis-sogħba. Ħeqq, ivvota minn qalb għat-tariffi. Hu jista’ jgawdi l-airconditioning u x-showers. Mhux hekk il-poplu ħaddiem u pensjonant. Hemm il-kwistjoni tal-eternita’ Mela din tista’ teżisti meta l-KK għadha temmen bil-ħrafa tal-indulġenzi? Fuq Dom m’inix se nikkummenta u nikkwota minn JULIUS CAESAR: I came to bury Caesar, not to praise him.

    Pero’, infakkar li jekk kien hemm xi ħwejjeġ li kienu jdejqu lil Ġesu’, dawn kienu l-wiċċ b’ieħor u l-ingratitudni. Il-lezzjoni hi faċli biex tifhimha.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: