Home > News, Opinion > MINTOFF IS-SEKULARI

MINTOFF IS-SEKULARI

Mintoff jibqa’ jissemma’ għax kixef il-fatt li l-Knisja ma kienx moħħha fil-ġustizzja ma’ min hu fqir, iżda li żżomm idejn fuq il-poter li kellha fuq moħħ il-fidili tagħha.

Aħna mhux se noqgħodu ngħidu jekk Mintoff kienx salvatur jew xitan. Il-fatt li nies bħall-Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi tant iddemoniżżawh u issa għarfu kemm ħalla mpatt posittiv huwa biżżejjed biex juri li ħafna mill-ispin kontra Mintoff kien partiġġjan.

Mhux qed ngħidu li Mintoff ma’ kienx stinat u awtokratiku. Xejn minn dan, iżda meta l-PL iggverna bil-maġġoranza tas-siġġijiet ma kienx qed jagħmel xi ħaġa aktar differenti milli Lawrence Gonzi qed jagħmel bħalissa. Mintoff kien qed jimxi mal-liġi anke jekk din ma’ kenitx ġusta.

Il-karattru ta’ Mintoff ma’ jċekkienx il-fatt li kien bniedem li tal-vot lill-mara, iddekriminaliżża l-omosesswalita’ u daħħal l-edukazzjoni għal kulħadd. Anzi, ħafna jsostnu li Mintoff mexa’ b’għaqal żejjed u għalhekk eventwalment beda jitlef l-elezzjonijiet fit-tmeninijiet.

Mintoff kien jaf li b’daqqa ta’ pinna seta’ jiftaħ beraħ is-suq u jaġevola lil ħafna nies kif fil-fatt għamel Fenech Adami meta tela’ fl-1987. Dan m’għamlux għax kien jemmen f’politika ekonomika protezzjonista, iżda biex jipproteġi l-impjiegi u l-prodott Malti. Xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista ma tantx kas meta daħħal lil Malta fl-EU.

Iżda forsi l-aktar ħaġa ipokrita li nosservaw bħalissa huwa l-fatt li Mintoff se jingħata difna Kattolika konċelebrata minn skoss nies li dejjem kienu jobgħoduh u għamlu minn kollox biex jiġġieldulu, anke meta kienu jafu li kellu raġun.

Il-Knisja Kattolika kienet u tibqa’ l-akbar għadu ta’ Mintoff u tal-Partit Laburista għas-sempliċi raġuni li Mintoff għolla l-livell taċ-ċittadin u għen biex it-tfal tiegħu kollha jkollhom edukazzjoni; u jekk hawn xi ħaġa li l-Knisja tobgħod huwa poplu edukat li kapaċi jinfed is-superstizzjonijiet tagħha.

Il-ġlieda li kellu Mintoff ma’ Mikiel Gonzi kienet storika mhux minħabba d-dnub kbir li għamlet il-Knisja li ttrattat lill-Laburisti ta’ żibel (eku ta’ kif titkellem fuq il-Laburisti Daphne Caruana Galizia u seħibha Richard Cachia Caruana), iżda għaliex kienet ġlieda għall-imħuħ u li kieku ma’ ġarax hekk, gżiritna baqħet taħt il-madmad tal-Knisja u l-Kleru, u d-divorzju qatt ma kien jidħol.

Hu għalhekk il-Knisja tkompli titkellem bil-goff dwar kwistjonijiet bħad-divorzju u l-IVF għaliex għadu jaħsbu bil-mod kif kienu jaħsbu fis-sittinijiet, li dak li jgħidu huma sagru u li ħadd ma jista’ jmeriħ, iżda ż-żmenijiet inbiddlu u aktar ma’ jgħaddi ż-żmien anqas qed jagħtu kashom in-nies, u dan il-Knisja ma tafx kif se tikkumbattieħ. Ħafna drabi, toħroġ tattakka u tfattarha aktar bħalma għamlet fiż-żmien ir-referendum għad-Divorzju fejn l-azzjonijiet tagħha fakkru l-ħafna kif kienet taġixxi fis-sittinijiet.

U għalhekk hija ipokrezija li l-Knisja Kattolika tikkappara l-kadavru ta’ Mintoff biex qishom jgħidu, “Ara mill-Knisja kellu jgħaddi!”

In-nies jafu li minkejja l-paroli, l-omeliji u l-ftaħir, Mintoff kien tal-poplu u mhux tal-Knisja u l-ebda quddiesa funebri mhi se tagħmlu tagħhom!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    August 24, 2012 at 3:27 pm

    Jien nibda biex nikkwota lil Mark Antony fid-dramm famuż JULIUS CAESAR tal-kbir Shakespeare: ‘I came to bury Caesar, not to praise him;
    The evil that men do lives after them,
    The good is oft interred with their bones’.

    Fl-opinjoni tiegħi, Mintoff żbalja bl-ikrah meta ħalla lill-ħaddiema laburisti tad-Drydocks iġibu rwieħhom agħar mis-slavaġ. U skużahom. Il-vjolenza kienet wisq qawwija.

  2. Joseph Cardona
    August 25, 2012 at 8:50 am

    -Ħrafa tal-Indulġenzi. Kien isir negozju mill-merti ta’ Kristu. Jixtru parti mill-eternita’.li m’hemmx żmien. Il-flus marru għall-bini mill-ġdid tal-Vatikan li kien ġarrab ħsarat kbar fi ħruq. It-twemmin fl-indulġenzi għadu magħna sallum meta fl-istess nifs, il-Kattoliċiżmu jippriedka l-Purgatorju. Dnan bħal sieħbu, il-Limbu, li sparixxa. Fl-Apokalissi m’hemmx riferenza għall-Purgatorju.
    Għad hawn l-idea li s-soluzzjoni qiegħda fil-knisja kattolika jekk tqis kemm erwieħ hawn mhux kattoliċi, allura Satana se jirbaħ il-gwerra aħħarija. Dan jagħmel sens? Hemm il-ħtieġa li l-Fariżejiżmu jitwarrab mill-qiegħ u b’hekk il-kattoliċiżmu jibda jkun twemmin serju u t-triq tal-verita’. Ix-xjenzi jitħallew jagħmlu xogħolhom għall-ġid tal-umanita’ kollha u nagħfsu fil-produttivita’ ħalli titjieb l-ekonomija dinjija u jonqos il-faqar u l-mard u l-miżerja.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: