Home > News, Opinion > Priests who did not read IVF letter find support – timesofmalta.com

Priests who did not read IVF letter find support – timesofmalta.com

Stramba kif jagħmluha t’esperti fuq it-tfal u ħadd minnhom ma’ jista’ jkollu u jrabbi l-ulied?

Priests who did not read IVF letter find support – timesofmalta.com.

Ma neħduhiex bi kbira li kien hemm qassisin ta’ qalb tajba li ħassew il-messaġġ tal-Pastorali ta’ l-Isqfijiet bħala iebsa wisq u nieqsa sew mis-simpatija lejn min ma jistax ikollu t-tfal. Jidher li r-ribeljoni liberali mhux qiegħda ssir biss fil-Partit Nazzjonalista, iżda fil-Knisja Maltija wkoll hekk kif l-Isqof Grech u sieħbu li qatt m’għamel xejn Mercieca jridu jżidu d-doża ta’ l-estremiżmu u jbiddlu l-kwistjoni ta’ l-IVF f’waħda politika u etika, meta f’għoxrin sena la l-Knisja u lanqas il-Gvern ma qatt tkellmu fuq l-IVF.

Jekk din it-teknika hija waħda li trawwem l-abort kif qed isostnu ta’ Kana u l-Isqof Grech, għaliex qatt ma tkellmu matul dan iż-żmien kollu? Mela għoxrin sena ilu ma kenitx ħażina u trawwem l-abort ukoll?

Għaliex issa twebblu li jfottu l-aħħar ċans li għandhom koppji nfertili li jkollhom it-tfal?

Possibli Gonzipn mhux jinduna li din il-kwistjoni aktar se tnaqqaslu l-voti jekk b’xi miraklu tiġi diskussa jekk jiftaħ il-parlament f’Ottubru?

U Jeffrey Pulliċino Orlando fejn hu? Għax il-liġi ta’ l-IVF kif ġiet proponuta żgur mhix waħda li ried hu. Biss biss tiddiskrimina kontra l-gays li hu tant xtaq li jagħtihom il-jedd li jiżżewġu.

Din ta’ l-IVF mhi xejn ħlief turija tal-qawwa tal-Konservattivi u l-Kattoliċi fi ħdan il-PN li ħatfu l-partit kompletament taħt idejhom u jixtiequ li jerġa jkollhom partit konfessjonali mwaħħal b’kordun mal-Knisja.

Qed taraw kemm il-prinċipji ġodda ta’ Gonzipn li suppost kellhom ikunu l-egħruq ġodda ma kienu xejn ħlief bżar fl-għajnejn biex min għalihom jikkonvinċu l-poplu li nbiddlu wara d-disfatta tad-divorzju.

Imma issa kulħadd jaf li mhux talli Gonzipn ma nbidilx, iżda keċċa u rażżan lil-liberali u sar aktar konservattiv u konfessjonali.

 

Advertisements
Categories: News, Opinion Tags: , , ,
  1. Joseph Cardona
    August 18, 2012 at 2:39 pm

    Hi tabilħaqq tal-mistħija tipprofessa li int kattoliku. Il-Kattoliċiżmu hu biss twemmin tal-lastku. Esperjenzi personali: ħaddiema tafdahom f’darek jisirquk; tal-ġarr ukoll ibillu jdejhom. Alla, Kristu u l-Madonna dagħa faħxi bihom. Minn Madonna waħda, ma nafx kemm saru. Fesailti esterni purament stil pagan. Nuqqas ta’ qbil serju fil-merħla. L-Iskrittura mfissra b ‘mod tradizzjonali u mhux appostoliku.

    Għalhekk jien tlaqt il-kattoliċiżmu għax ma jikkonvinċinix. Il-Fidi hi fuq kollox konvinzjoni.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: