Home > Opinion > Ġlieda Ġdida Kontra d-Djuq, l-Opportuniżmu u l-Ipokrezija!

Ġlieda Ġdida Kontra d-Djuq, l-Opportuniżmu u l-Ipokrezija!

Image

Il-ġrieden dojoq reġgħu ħarġu mit-toqob!

Jidher li t-taptipa li ħadu fir-Referendum tad-Divorzju ma kenitx biżżejjed.

Issa jridu jwaqqfu l-jedd li familja jkollha tarbija permezz ta’ l-IVF u nagħmlu mħatra li ċ-ċorma dojoq u lgħaqa tal-Knisja li qed jaħdmu biex il-liġi tal-Protezjoni ta’ l-Embrijun tiddaħħal kif inhi, kollha qatt ma kellhom bżonn t’intervent permezz ta’ l-IVF biex ikollhom it-tfal.

Din bħal tad-divorzju, min ma’ kellux bżonn irid ineħħi d-dritt lil min kellu bżonnu; u hija ġlieda oħra kontra Gvern jilgħaba tad-dejjaq flimkien ma’ Knisja li trid tkompli tiddetta x’għandna nagħmlu, biex joppressawlna d-drittijiet fundamentali tagħna u biex jikkontrolawlna moħħna.

Dan qatt ma jinbidlu għax l-għan tagħhom huwa l-poter. Mhux biss poter fiżiku, iżda poter fuq l-imħuħ għax jafu li jekk jikkontrolaw kif jaħsbu n-nies ikunu rebħu l-gwerra.

Għalhekk il-Mazzun qam mir-raqda għax ma felaħx jara l-ipokrezija ta’ Gvern li biex jilgħaq il-fanatiċi reliġjużi lest li jagħmel liġi bla snien li se tfisser li jingħalaq l-unika ċentru li jagħmel l-IVF u joffri minn flusna tip t’IVF li ma taħdimx permezz ta’ sparparljar ta’ flusna u l-ħsara psikoloġika lil min ma jistax ikollu tfal.

Kemm il-Knisja kif ukoll il-Gvern imisshom jaraw il-problemi nterni li għandhom u jsolvu dawk, qabel jipprova jagħtu lezzjonijiet morali permezz ta’ liġijiet bażwija lilna ċ-ċittadini!

Advertisements
  1. Barbara Attard
    August 12, 2012 at 11:27 am

    Kumment tajjeb u f’waqtu. Bhalek ezatt nirraguna jien.
    Ma nafx kif tista tibqa’ cass tara dan l-ingann u l-qerq kollu!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: