Home > News > Debono: debate Cohabitation, IVF bills after election

Debono: debate Cohabitation, IVF bills after election

Franco jidher determinat li jfotti l-pjanijiet ta’ Gonzi!

Debono: debate Cohabitation, IVF bills after election.

Aħna naqblu perfettament ma’ Franco li la l-Bill ta’ ko-abitazzjoni u lanqas ta’ l-IVF m’għandha tiġi mgħoddija b’għaġġla mill-PN sabiex taġevola d-dojoq u l-fanatiċi reliġjużi u tħalli li min għandu bżonn dawn il-liġijiet jixxejjer mar-riħ b’liġijiet batuti, nferjuri u konservattivi, bil-barka tal-Kurja Maltija u l-Vatikan.

Biex ikunu liġijiet li vera jilqgħu l-ħtiġijiet ta’ koppji gay u dawk li għandhom bżonn l-IVF u jiddependu fuq l-embrijuni friżati, hemm bżonn li l-liġijiet jittellgħu taħt gvern ġdid Laburista li kemm-il darba tkellem favur id-drittijiet ta’ l-omosesswali u liġi dwar l-IVF soda li taqdi l-ħtiġijiet ta’ min għandu bżonnha.

Bil-miġja ta’  l-professur Eleonora Porco jidher ċar li l-gvern qed iħalli f’idejn persuni nfluwenzati sew mill-lobby Kattolku Taljan u mill-Vatikan diretta għaliex din il-persuna hija aġenta tal-Knisja u ma tistax toffri analiżi oġġettiv tat-teknika minħabba t-twemmin tagħha u minħabba l-fatt li qed tipprova tmexxi teknika li vvintata hi.

  1. Joseph Cardona
    August 11, 2012 at 9:04 pm

    Għandha kunjomha miskin għall-aħħar. Forsi setgħet studjat fuq it-tnissil tal-majjali. Fid-dinja m’hawn xejn perfett u kollox jista’ jfalli. Allura ma jsir xejn.

    Buon lavoro Professoressa Porco!

  1. No trackbacks yet.

Leave a comment