Home > Features > Ħallsu ja bgħula!

Ħallsu ja bgħula!

 

Aħna ma tantx naraw għalfejn għandhom jitħallew il-parkers, iżda s-sistema tal-gvern se tfisser li l-prezz tal-parkeġġ se jiżdied sostanzjalment.

Mela l-gvern ħareġ bl-idea li jipprivatizza l-parkeġġ madwar Malta u Għawdex.

Ngħiduha kif inhi, aħna tal-Mazzun m’aħniex xi protetturi tal-parkers għax narawhom bħala nies li jaqilgħu l-flus mix-xejn u li ma jipproteġux il-karozzi li jkollhom taħthom għas-sempliċi raġuni mhumiex marbutin bil-liġi li jagħmlu hekk.

Dawn ingħataw importanza għaliex l-UHM daħħlithom membri u għax it-Transport Malta tathom għarfien li jieħdu ħsieb il-parkeġġi li jkunu qed  “jaħdmu” fihom–żewġ azzjonijiet dillentanteski mmirati biex jaġevolaw nies li huma kważi kollha Nazzjonalisti.

Iżda aħna wisq anqas naqblu mal-gvern ta’ Gonzipn li beħsiebu jipprivatizza l-parkeġġi kollha ta’ Malta, u nafu x’ġara kull darba li dan il-gvern ipprivatizza xi ħaġa. Ogħla sostanzjalment il-prezz tas-servizz tagħha u jaqa’ il-livell tas-servizz, eżatt bħalma ġara kif ipprivatizza l-gass.

Fl-ewwel sena kulħadd bela’ kanna għax ma kienx moqdi minħabba t-taħwid li nqala’ bejn il-GRTU, il-liquigas u l-easygas; u kulħadd spiċċa jħallas aktar minn erba’ darbiet il-prezz ta’ li kien ċilindru gass fl-2008!

Il-problema hija li bil-privatizzazzjoni tal-parkeġġi, il-gvern qiegħed jgħid lil dawk interessati biex jieħdu ħsieb jirrangaw il-post, ipoġġu l-barrieri u l-makni tal-biljetti li jiswa’ kemmxa mhux ħażin. Wara dawn lis-spejjeż il-kumpaniji se jkunu jridu flushom lura u l-qliegħ ta’ l-investiment li għamlu, u dan ifisser li fejn qabel konna nagħtu minn nofs ewro sa ewro lill-parker biex inpoġġu l-karozza f’parkeġġ, issa jkollna nħallsu 5 ewro jew agħar minn hekk inħallsu skond il-ħin li nħallu l-karozza fil-parkeġġ.

Ngħidu aħna għaliex il-gvern se jipprivitazza l-parkeġġi kollha anke dawk li hemm fil-kunsilli meta ta’ l-inqas dawn setgħu jaqgħu taħt idejn il-kunsilli u setgħu jqallgħu l-flus tal-parkeġġi huma?

U x’se jiġri lil dawk il-parkeġġi ta’ dipartimenti u aġenziji tal-gvern li għandhom parker? Dawn se jiġu bil-ħlas ukoll?

Se niġu fi stat fejn biex tieħu lit-tifel jew it-tifla l-librerija pubblika tal-Belt, trid tħallas 5 ewros biex tipparkja?

Dan hu gvern li jara kif jagħmel biex iżid l-ispejjeż għall-poplu li diġa spiċċa mifni minn skoss spejjeż, u l-agħar li l-flus li jinġabru mhux se jmorru għand il-gvern, iżda f’but ta’ xi bażużlu Nazzjonalist li xeba’ jgawdi ma’ dan il-gvern.

Din tal-privatizzazzjoni mhi xejn ħlief mezz ieħor ta’ qabel l-elezzjoni ħlief Gonzipn jista’ jkompli jirregala xi ħaġa tal-flus lil dawk ta’ ġewwa!

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    May 13, 2012 at 6:03 pm

    Dawn il-‘parkers’ lanqas taxxa ma jħallsu għax xejn ma jidher bil-miktub. Hu minnu li l-ħsarat fuq il-vetturi huma għas-sidien. Kelli esperjenza t’hekk. Kontribut preċiż 100%. Tal-qalba dejjem isibu fejn jipparkjaw b’xejn u mħallsin l-ixkejjer ta €s. Kelb rieqed la tqajmux. Ħallih jonħor!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: