Home > Opinion > Franco Debono bir-rokits!

Franco Debono bir-rokits!

Din tajba wisq! B’apoloġija lil Maltatoday!

Eh, Franco Debono kif irnexxielek titlef il-kredibilita’ ma’ kulħadd?

Ftit ġimgħat smajnieh jgħid li mhux se jaċċetta li jiġi diskuss il-baġit qabel il-vot ta’ sfiduċja f’Carm Mifsud Bonniċi u spiċċa jivvota mal-gvern anke fuq l-SPV. Milli jidher it-taħwid fil-qrati u l-ġustizzja biss idejqu lil Franco. Tgerfix fit-tislif u creative accounting biex nidhru li sejrin tajjeb u biex nonfqu flus għall-proġett li żgur mhux zmienu issa ma jinkwetahx?

Jiddispjaċina imma wara li għajjar lil Gonzi li tefgħu fil-mizbla u li RCC jikkmanda l-parlament, Franco Debono hu biss parole si fatti no u jkollna naslu għall-konklużjoni li fferroċja mhux għax għandu lil Malta tant għal qalbu u jrid jirranġa l-pajjiż, iżda għax irid jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu li minkejja l-brillanza tiegħu ħalliet biċċa backbencher bħalma sejjaħlu Austin Gatt.

Aħna ma nagħtuhx tort li jirrabbja daqskemm kien hemm MPs li tlaħħqu segretarji parlamentari u ministri li lanqas ġabu nofs il-voti tiegħu, iżda Debono kien jaf minn qabel li l-Prim jiddeċiedi min jilħaq.

Issa fadallu l-aħħar żewġ voti ta’ sfiduċja ta’ Carm Mifsud Bonniċi u RCC, u nagħmlu mħatra li jsib xi skuża oħra biex jastjeni jew jivvota favur għax jiddispjaċina ngħidu li Franco Debono m’għadux kredibbli.

Baqa’ jixgħel il-murtali taħt Gonzipn biex jagħtih il-qtajja, imma s’hemm wasal. Ħasra għax ħafna mid-diskors ta’ Franco Debono kien jagħmel sens, imma la qatt ma kellu ntenzjoni li jasal missu żamm ħalqu magħluq għax issa mibgħud kemm min-Nazzjonalisti u kemm mil-Laburisti, u ma naħsibx li xtaq li jasal f’din is-sitwazzjoni.

Sfortunatament ħaqqu għax hu ġabha b’idejh!

 

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    May 11, 2012 at 7:37 pm

    Fejn m’hemmx l-iċken qatra ta’ dixxiplina, saħansitra anke dik morali, hemm miżbla.
    Malta hekk hi. Korrotta, mafjuża, bla sinsla, diskors żejjed u bla ebda sugu. Pajjiż merda!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: