Home > News, Opinion > Gonzipn iġiegħel il-MEPA tfotti n-Naxxar!

Gonzipn iġiegħel il-MEPA tfotti n-Naxxar!

Medda t’art oħra li se tispiċċa miksija bil-ġebel u l-konkos mill-ħbieb ta’ Gonzipn!

Kulħadd jaf li l-gvern ilu li beda jistad għall-voti u waħda mill-makni tal-voti hija bla dubju l-MEPA. Issa li l-gvern riesaq lejn voti kruċjali li jistgħu jneħħulu l-maġġoranza u jġiegħluh jagħmel elezzjoni bikrija, il-makna tal-permessi tal-MEPA diġa bdiet taħdem overtime u se nibdew nassistu għal sitwazzjoni simili għal dawk li ġraw qabel l-elezzjoni tal-2008 fejn il-MEPA tant inħakkmet minn taħwid u  ħniżrijiet li kellu jirreżenja l-Bord kollu mmexxi mill-perit taċ-Ċaqnu.

Araw naqra kemm kliem Gonzipn huwa mimli gideb għax dan tela’ fuq l-għajta li se jirriforma l-MEPA biex din ma’ tagħmilx il-ħniżrijiet li għamlet qabel l-elezzjoni tal-2008 fejn tat xebgħa permessi bl-addoċċ lil tal-qalba fl-ODZ (Outside Development Zone) bil-barka tal-Prim Ministru.

Issa erġajna koppi għax il-MEPA lesta li tagħmel de-rationalisation (tneħħi l-protezzjoni) ta’ medda ta’ 4, 825 metru kwadru f’Tal-Wej fit-Triq id-Dejma n-Naxxar.

Dan is-sit li jinsab viċin medda protetta f’Tal-Wej jifforma parti mis-Strategic Gap Plan kif indikat fuq il-pjan lokali ta’ Malta li jgħid postijiet bħal dawn iridu jiġu protetti. Diversi medded qrib ħafna Tal-Wej qed jiġu studjati mill-arkeologi għal fdalijiet u huma ta’ importanza ekoloġika. Minbarra dan, medded t’art rurali bħal dik f’Tal Wej joffru post miftuħ u speċi ta’ barriera għat-triq prinċipali li minnha jgħaddu ħafna karozzi b’ħeffa qawwija. Jekk tinbena din il-medda t’art, Tal-Wej isir binja waħda mingħajr postijiet miftuħa li jnaqqsu l-impatt tal-bini bla rażan.

Diversi applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ din il-medda ġew irrifjutati. Allura x’inbidel issa?

Heq, ovvja … riesqa l-elezzjoni u għalhekk il-MEPA trid li din il-medda tinfetaħ għall-iżvilupp residenzjali bil-bini ta’ semi-detached villas. Minbarra dan, kien hemm problema ta’ min hi l-art. Is-sid għandu biss 45% ta’ l-art u waħdu ma setgħax iġib il-permess, iżda jidher li sab min jaqilgħu politikament għaliex irnexxielu jġib l-għajnuna tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet li huwa s-sid tat-30% oħra ta’ l-art u għalhekk mhemmx bżonn isir xogħol biex jiġu identifikati sidien oħra.

Qed taraw kif jaħdem dan il-gvern ma’ min hu tal-qalba?

Post miftuħ ieħor li tieħu gost timxi matulu se jiġi mkisser u mfarrak għaliex parti minnu huwa ta’ Nazzjonalist kbir u l-Gonzipn lest li jaġevolah u x’jimpurtah mill-bqija tan-nies fTal-Wej.

L-aqwa li jinqdew in-nies ta’ ġewwa!

Advertisements
Categories: News, Opinion Tags: , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: