Home > Opinion > Il-Wirdien hiereg mit-The Today Public Policy Institute!

Il-Wirdien hiereg mit-The Today Public Policy Institute!

Il-wirdien beda ħiereġ mix-xquq u se jibda jdur ma' Joseph Muscat!

Aħna tal-Mazzun ninsabu ċerti li Dr. Muscat jaf li l-maġġoranza tal-wirdien li hemm fit-Today Public Policy Institute huma Nazzjonalisti tal-qalba li lhom 25 sena jgawdu ma’ Gonzipn.

Jekk inħarsu lejn il-bord ta’ l-Istitut naraw kif 10 minn 14-il membru huma Nazzjonalisti li gawdew ħafna minn dan il-gvern kemm mil-lat tax-xogħolijiet li ngħataw kif ukoll mill-boroz ta’ studju li ngħataw biex imorru jistudjaw barra u jġibu l-Ph.Ds.

Nies bħal Petra Bianchi li m’għandha l-ebda kwalifika fl-ambjent spiċċat tikkmanda l-parti ambjentali tal-MEPA, filwaqt li Juanito Camilleri jmexxi l-Universita’, Josef Bonnici l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Joseph F.X. Zahra xeba’ jilgħab il-musical chairs bħal kap ta’ skoss aġenziji tal-gvern.

Għajr għal Sina Buġeja u Marlene Mizzi ħadd ma jista’ jiġi diskritt bħala Laburist fuq il-Bord ta’ dan l-Istitut li jkompli jmexxi l-idea li l-uniċi nies li kapaċi jaħsbu u joħorġu bl-ideat għal dan il-pajjiż huma l-intelletwali u l-psewdo-intelletwali Nazzjonalisti – xi ħaġa li l-Gvern qadim u mmuffat tal-PN qed juri l-maqlub!

Jekk nieħdu lis-sur Scicluna li ġie appuntat minn Gonzipn, dan għaliex ma marx għand sieħbu Gonzi erba’ snin ilu biex jgħidlu x’inhuma l-prijoritajiet tal-pajjiż mhux beda jparla issa meta jaf li Gonzi ma tantx baqalu ħajja?

U għalfejn ġie għand Joseph Muscat? Jaqaw qed ixomm it-telfa tal-PN u jrid jindihes xi ftit bħalma ndesu nies bħal Marisa Micallef Leyson?

Ma jaħsibx li kieku mar għand Gonzipn erba’ snin ilu forsi kien jikkonvinċieħ ma jieħdux l-onorarja ta’ 500 ewro jew jidħol fis-spiża żejda ta’ 80 miljun fuq Bieb il-Belt bla bieb u parlament ġdid li issa aktar minn qatt qabel qed naraw li m’għandniex bżonnu? Forsi s-sur Scicluna kien jikkonvinċieħ jaħseb aktar fil-futur u jinvesti fl-enerġija alternattiva, ir-riciklaġġ ta’ l-ilma u f’meritokrazija li tistma’ lil kulħadd indaqs?

Joseph Muscat irid joqgħod attent għax issa li ħafna se jibdew jikkonvinċu ruħhom li hu jista’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss, se jibdew ħierġin bħall-wirdien u l-ġrieden mill-ixquq; ġrieden u wirdien bla prinċipju li xebgħu jgawdu taħt dan il-gvern u issa jibdew iħarsu lejn il-PL bħala partit ħabib li jistgħu jgawdu taħtu wkoll.

Nisperaw li Dr. Muscat jagħraf li għal 25 sena sħaħ, ħafna Laburisti batew, nqabżu u ntefgħu f’rokna; filwaqt li dawk tat-Today Public Policy Institute xebgħu jgawdu minn fuq dahar Gonzipn u għalhekk li għandha ssir il-ġustizzja u tidher li qiegħda ssir.

Advertisements
  1. April 29, 2012 at 2:55 pm

    GonziPN … rascists

  2. Joseph Cardona
    April 30, 2012 at 12:58 pm

    Kemm se jdumu jgawdu l-ġrieden u l-wirdien hi kwistjoni tal-maġġuranza. Dawk li qatgħu qalbhom mill-politika ma tistax tagħtihom tort proprju għar-rimarki li nsibu hawn fuq.
    Il-front PL irid ikun konsistenti għall-aħħar. Hemm front wiesgħa fuqhiex tinbena l-kampanja. 25 sena jnaqqsu mill-vitalita ta’ kull ħaġa. Iżda mingħajr l-ebda dubju GonziPN qed jagħmel sforz qawwi ħafna biex jerġa’ jmexxi fis-snin ġejjiena.

  3. Joseph Cardona
    April 30, 2012 at 1:04 pm

    Nixtieq bil-qawwa kollha nirrimarka li dawk kollha saċerdoti li ma jixirqilhomx b’għemilhom jissejħu ‘dun’, ‘eċċellenza’, ‘mons’ u titoli simili, għandhom jitilfuh dak it-titlu.
    Dan jgħodd ukoll għat-titlu ‘Onor’ u ‘Unur’.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: