Home > Opinion > L-Għalliema rrabbjati ħafna!

L-Għalliema rrabbjati ħafna!

Dolor bħalissa qed tuża ħafna t-tfal biex tmexxi l-Kampanja Elettorali tagħha. Tac-cajt li qatt m'uriet l-istess interess fl-għalliema!

Ma kienx programm li mar jagħmel Lou Bondi li fih qabad ma’ l-għalliema għaliex qamu l-irwiefen kollha kontrieh u kontra l-gvern tiegħu.

Ħafna qed jistaqsu jekk teżistix xi rabta bejn l-insistenza ta’ Lou Bondi fuq il-ħinijiet ta’ l-għalliema u l-attakk li sar mill-gażżetta The Times fejn qablu s-sigħat tal-għalliema Maltin ma’ dawk ta’ għalliema ta’ pajjiżna oħra biex juru li kemm l-għalliema Maltin jaħdmu anqas mingħajr ma’ taw każ il-pagi baxxi li għandhom.

Uħud qed isostnu li dan l-attentat ippjanat qed iseħħ għaliex il-gvern jaf li jekk tiġi mniedija r-riforma l-ġdida bbażata fuq il-framework il-ġdid, ħafna għalliema se jispiċċaw redundant u ma jkollhomx sigħat biżżejjed ta’ tagħlim. Il-gvern permezz tad-diretturi tiegħu ilhom jitfgħu botti fuq attivitajiet skolastiċi li għandhom isiru barra l-ħin ta’ l-iskola. Fil-fatt kienu diġa saru xi attivitajiet barra l-ħin minn għalliema fuq bażi ta’ għażla u ħafna ħadu din il-mossa bħala waħda li għandha twitti t-triq għaż-żieda fis-sigħat tax-xogħol ta’ l-għalliema jekk jerġa jitla’ Gvern Nazzjonalista.

Din il-fisazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol mhiex tikkonsidra kif żdied il-workload ta’ l-għalliema, l-aktar wara li daħlet ir-riforma dwar il-kulleġġi li ħafna qisuha bħala waħda li żiedet il-burokrazija u ma rranġat xejn aktar.

Jidher li l-gvern malajr sab il-fondi għan-numru kbir ta’ prinċipali u assistenti prinċipali li daħħal, filwaqt li baqa’ juri xeħħa kbira mal-għalliema, tant li sal-lum għadu ma ftehemx fuq il-collective agreement li ilu li skada s-snin.

Mhux ta’ b’xejn li ħafna għalliema huma diżappuntati u demoraliżżati għax minkejja t-twaqqif tal-kulleġġi, l-affarijiet marru għall-agħar b’klassijiet kbar li jagħmluha mpossibli li l-għalliema jagħtu l-attenzjoni xierqa lit-tfal b’abilitajiet li jvarjaw minn fqar ħafna sa tajbin ħafna, f’skejjel enormi li jirriduċu t-tfal għal numru.

Hija tassew stramba kif barra minn Malta kulħadd jisħaq fuq l-importanza u l-vantaġġi ta’ skejjel żgħar, filwaqt li f’pajjiżna qed nibnu skejjel daqshiex bl-istudenti mitfugħa fihom ħallata ballata.

Diversi għalliema qalulna li s-sistema tal-Kulleġġi mhiex taħdem u li huma qatt ma kienu jinsab f’stat daqshekk ħażin b’inċertezza kbira fil-karriera tagħhom hekk kif ħafna skejjel żgħar ħa jagħlqu biex jiġu amalgamati mal-Kulleġġi. Ħafna għalliema lanqas jafu jekk is-suġġett tagħhom se jibqgħax jiġi mgħallem minħabba t-tibdil li qed jiġi maħsub li jsir permezz tal-Framework il-ġdid.

Lit-Times u lil Lou Bondi kien jonqoshom biex ikomplu jgħaxxquhom!

Advertisements
  1. Joe Xuereb
    April 22, 2012 at 12:46 am

    Fl-iskejjel primarji kemm hu n-numru medju ta’ studenti f’kull klassi?

  2. September 25, 2013 at 1:00 pm

    ivvutaw ta lewropa halli jaqallaw liri u lili ihallini paga wahda mizera daqsekk voti lil hadd kont suldat ta l azzar tal partit laburita isa madux il partit laburista lanqas jilkalkulawna besquna lilna laburisti bilkemm ikolli xnitma li tifel ta 3 snien u 5 xhur grazzi ghal gvern nazzjonalista u il gvern tissa nerga nghid mhemmx voti ghal hadd u nispera ma jersqux lejn il bieb ta barra dik ghajnuna u qalb tajba grazzi

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: