Home > News > Mhux ir-reputazzjon ta’ Malta qed ifotti Gonzi, imma lil Malta!

Mhux ir-reputazzjon ta’ Malta qed ifotti Gonzi, imma lil Malta!

Dan Gonzi vera qed ilaqqat il-qiegħ.

 

Avża lil Joseph Muscat biex ma’ jeqridx ir-reputazzjoni tiegħu!

 

Ċajta goffa ħafna meta nirrejaliżżaw li dan il-gvern ilu li daħan ir-reputazzjoni tiegħu u baqa’ jidħan din ir-reputazzjoni bl-imbiċċilaġġni tiegħu u tan-nies tiegħu li ħlief jimbarazzawħ mhux qegħdin.

Ħudu lil Joe Cassar l-Ministru tas-Saħħa li qal li t-trattat li għamel Gozni mat-tobba fl-2007 huwa kawża ewlenija tal-problemi li hemm f’Mater Dei.

U xi ngħidu fuq JPO li ħareġ jgħid li ma jaqbilx li t-Turkija għandha tidħol fl-Unjoni Ewropeja l-għada li tkellem il-gvern ma’ l-ambaxxatur Tork u qallu li jaqbel li pajjiżu għandu jsir membru?

Mhemmx għalfejn nerġgħu nsemmu lil Franco Debono li baqa’ ma jridx jirranġa ma’ Gonzipn u semma’ lista’ sħiħa ta’ raġunijiet għalfejn mhux lest li jċedi lil Gonzi.

Infakkruh li gvern demokratiku u li jaħdem skond il-gwidi ta’ governanza etika ma kienx iħalli l-parlament wieqaf għal erba’ xhur mingħajr ma’ jgħaddi vot wieħed.

Gvern stabbli u ta’ reputazzjoni tajba ma’ jipproteġix lil min irid jinħeba wara l-liġijiet tal-parlament biex ma jwieġibx għall-egħmilu bħalma għamel il-Ministru Carm Mifsud Bonniċi bid-diżastru li għamel fil-qrati u fil-ħabsijiet.

Gvern bil-bajd kien jiffaċċja lil Franco Debono biex jiddixxiplinaħ jew jisma’ l-ilmenti tiegħu u jara kif jagħmel u jirranġahom, u mhux jibqa’ għaddej zopp kif inhu qisu ma ġara xejn.

Gvern serju ma jħallix l-oligarkija tal-ħażen ittappanlu r-reputazzjoni b’dan il-mod u lanqas iħalli nies mimlija ħdura jgħidu u jagħmlu li jridu bil-barka tiegħu fuq il-midja mxandra u miktuba.

Ir-raġuni ewlenija għaliex Gonzipn qed jaġixxi hekk hi għaliex irid jibqa’ ggranfat mal-poter u ħa jkun jista’ jtawwal forsi b’xi mod jirnexxielu jiġbed lil dawk li dejjaq u forsi jerġa jirbaħ l-elezzjoni (sic.)

Gonzipn ftaħar li qatt ma ħeba xejn mill-poplu Malti, imma Nesa kemm daħħaklu u għannqu lil Gaddafi qabel ingħaqad ma’ l-Ewropa u n-NATO biex jattakkawh u jibbumbarjawh.

Nesa kemm ħeba l-500 ewro żieda li ried jieħu u  jagħti lil sħabu, u t-trattat sigriet li għamel Joe Mizzi mal-BWSC li qallgħulu 4 miljun ewro li min jaf liema bwiet tal-qalba mlew.

Aħna ma nagħtuħx tort ikompli jaqa’ għan-nejk lil Gonzipn bil-gideb u t-tgħajjir għax tant għaffeġ li issa l-unika arma li fadallu hija li jipprova kemm jista’ jħammeġ u jiddemoniżża lil Joseph Muscat u l-PL.

Qed juża l-istess tattika li uża ma’ Alfred Sant u tgħid mhux dalwaqt nassistu għal xi purcissjoni titlob biex il-PN jerġa jitla’ u l-PL jitilfu?

Iżda dawn it-tattiċi darba jaħdmu u llum kulħadd jaf min ilu kwart ta’ seklu jgħaffeġ; min żied il-poverta’ b’15% bl-għoli esaġerat tad-dawl, l-ilma u l-gass, min lest li jonfoq 80 miljun ewro fuq proġett li ħadd ma jridu u jħalli n-nies bil-ġuħ u bla xogħol, min jonfoq il-miljuni fuq power-stejxin li ħa tnitten n-nofsinhar ta’ Malta u tkomġli tmarrad nies li l-maġġoranza tagħhom huma Laburisti. Kulħadd min qiegħed jappoġġja x-xogħol prekarju bl-għajnuna ta’ nies tal-qalbu bħal Joe Farruġia u Vince Farruġia li n-nies li jirrapreżentaw huma jgawdu minn fuq ix-xogħol prekarju u t-tnejn jappoġġjaw bil-kbir lil Gonzipn. L-aqwa li jkompli jżid lis-statistika li hawn rekord ta’ nies jaħdmu!

Dan Lawrence Gonzi li jridkom terġgħu tivvotaw għalih – bniedem li wiċċu bla żejt u mhemmx dubju li huwa l-aktar politikant tost li qatt ra pajjiżna u għalhekk servej wara l-ieħor qed juru li n-nies qed jemmnu l-aktar lil Joseph Muscat!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    April 19, 2012 at 1:36 pm

    Kollox se jiddependi minn kemm fadal ‘mogħoż’; għad fadal numru mdaqqas minnhom. Kieku jgħid kemm se jħalli flus fil-kaxxa jkun aħjar għal kulħadd. Mhux problema għax tiġi xita ta’ taxxi!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: