Home > Opinion > Naħfru iva, ninsew qatt!

Naħfru iva, ninsew qatt!

Kif jgħidu bil-Malti, Gonzi verament tilef il-krittu ma’ kważi kulħadd. Jgħid li jrid jidħol fil-kċejjen tal-Maltin u jibqa’ jgħolli u jgħolli l-petrol, il-gass u jippretendi li nirringrazzjawh għax m’għolliex l-elettriku.

X’wiċċ tost!

M’għolliex l-elettriku għax jaf li ma tantx fadal għall-elezzjoni u jaf ukoll li l-għoli esaġerat ta’ l-ilma u d-dawl telfitlu ħafna mill-appoġġ, u mhux għax jiddispjaċieħ għalina.

Illum ħadd ma jemmen li Gonzipn jagħmel l-affarijiet għal ġid tal-pajjiż.

Illum kulħadd jaf li kulma jagħmel Gonzi hu biex jiggranfa mal-poter:

  • In-nuqqas ta’ voti fil-parlament.
  • Il-posponiment tal-vot ta’ sfiduċja f’Carmelo Mifsud Bonniċi.
  • In-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ma’ Franco Debono.
  • Il-bini ta’ Parlament ġdid li kważi ħadd ma jridu u li se jirvina l-Belt fiż-żmien meta qed ikollna nnaqqsu l-flus mill-baġit.

Nistgħu nibqgħu sejrin, imma l-konklużjoni hi li Gonzipn ma jimpurtaħ minn xejn ħlief li jibqa’ ggranfat mal-poter. Jaf li għandu wisq x’jitlef. Jaf li għaffeġ u gerfexx wisq u li jekk jitla’ l-Labour se jikxfu l-ħniżrijiet li għamel; ħniżrijiet li anke niesu stess ilhom jikkritikawh fuqhom.

U konċenturi fil-PN aktar ma jmorru aktar qed jikbru kif jixhed il-ġlied bejn in-Nazzjonalisti Liberali u Konservattivi fuq il-facebook u issa bil-kwistjoni ta’ l-IVF u taż-żwieġ bejn l-istess sessi l-konsenturi se jinbidlu f’xquq kbar.

Gonzipn jaf ukoll li aktar ma jdum iggranfat mal-poter aktar se jitlef l-appoġġ, iżda jaf ukoll li aħjar jibqa’ jkarkar sa’ l-aħħar forsi jkompli jerda l-baqra li hi Malta jaħleb dawn il-25 sena u issa ma’ fadlilha xejn.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    April 11, 2012 at 3:32 am

    Meta taħfer trid tinsa…..tibda ħajja ġdida. U qabel xejn in-naħa l-oħra x’qed tagħmel biex ikun jistħoqqilha l-maħfra?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: