Home > Opinion > Ċiao Ċiao Kaċċa!

Ċiao Ċiao Kaċċa!

Afdaw nies bħal dan li issa qed jerġa jdur lil kulħadd?

Ħa nkunu ċari, aħna tal-Mazzun ma naqblux mal-kaċċa, iżda ma nistgħux infakkru l-kaċċatturi u l-għaqda li tirrappreżentahom li totalment tilfu kull niskata ta’ kredibilita’ li seta’ kellhom eżattament bħall-gvern li issa tant qed jgħajru.

Aħna ma ninsewx kif qabel ir-Referendum għas-sħubija fl-UE, nies bħal Simon Busuttil u l-krew kollha ta’ l-IVA għall-Ewropa kienu jduru Malta kollha jispjegaw lill-kaċċaturi li mhuma se jitilfu xejn mid-“delizzju” qattiel tagħhom.

Xi nies li nafu mir-Rabat jiftakru l-laqgħat li kien jagħmel in-nutar Tony Abela għall-kaċċaturi Rabtin biex iserrħilhom rashom li se jkunu jistgħu jisparaw fuq xhiex iridu malli nidħlu fl-EU; filwaqt li Simon Busuttil assiguraw li bid-derogi li se titlob Malta se jkunu jistgħu jipprattikaw id-“delizzju” qattiel tagħhom mingħajr problemi.

Mhux se ninsew l-ittri li bagħat Gonzi qabel l-elezzjoni li għaddiet u li l-kaċċatturi reġgħu belgħu l-wegħda fiergħa u vvotawlu għax tela’. Tant hawn kaċċatturi li kieku mqar nofshom ma vvutawx lil Gonzi żgur ma kienx jitla’.

Allura għalfejn għandna nagħtu kashom lill-kaċċaturi?

Il-Labour m’għandux jaqa’ fin-nassa li jwegħdhom affarijiet li ma jistgħux jingħataw wara kollox il-kaċċaturi stess u l-għaqdiet tagħhom waqqgħu l-ġebla fuq saqajhom.

Diversi Membri Parlamentari Laburisti qalulhom li l-gvern ta’ Gonzipn qed jigannahhom u ma’ tawx kasu. Mela issa qed jaħsdu li jiżirgħu.

Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista għandu dmir li jagħti każ lil dawk li ma jaqblux mal-kaċċa wkoll u mhux jisma’ biss lill-kaċċatturi meta jaf li l-EU ma tagħtix derogi għal kaċċa fir-Rebbiegħa.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    April 6, 2012 at 1:53 pm

    Jien ukoll 100% kontra l-qtil tat-tajr bħala passatemp, aktar u aktar meta ħafna speċi qegħdin fir-riskju li jintemmu għalkollox. ma narax li jkun sewwa li sabiex il-PL ikun fil-gvern jillaxqa f’dan il-passatemp għalkemm bl-UE, nifhem li dan ma jkunx faċli.
    L-opinjonijiet espressi hawn fuq huma eċċellenti.

  2. Joe Xuereb
    April 8, 2012 at 2:05 am

    Minn dak li nista’ nifhem Malta għad hemm ħafna li jivvutaw għal-Partit li jwegħdhom imqarr ħaġa waħda biss, f’dan il-każ il-permess li jkomplu joqtlu l-għasafar mingħajr kastig, piena w kuxjenza. Dan mhux użu serju w matur tal-vot. Nittama li għandi żball hemm naħseb hemm ukoll ħafna li jivvutaw għal-Partit ukoll għal xi raġuna li għandha x’taqsam mar-Reliġjon. Xhieda ta’ dan il-kustjoni tat-divorzju u r-referendum li segwih. Eżempju ieħor lampanti hu
    każ ta’ l-emigrazzjoni bla heda u dawk li jiskużawha għax hekk imġegħlin jużaw il-kuxjena. Jekk hu minnu li l-vot qiegħed jiġi abbużat b’din il-majiera – u nittama li għandi żball imma jidhirli li hekk hu fil-fatti, il-vot ħafna qed jużawh b’mod immatur għall-aħħar.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: