Home > News > Sptar Ġdid li Diġa Qdiem!

Sptar Ġdid li Diġa Qdiem!

Id-diżastru fl-isptar tort ta' l-Oligarkija ta' Gonzipn.

Waħda mill-aktar aħbarijiet xokkanti smajtha waqt li kien għaddej dibattitu fil-parlament xi ġimgħa ilu u l-Membru Parlamentari Laburista, Dr. Michael Farruġia spjega kif il-PN biddel il-pjanta ta’ l-isptar Mater Dei sabiex ma jkunx jista’ jittella’ l-ħames sular biex forsi jsolvi xi ftit mill-problemi ta’ nuqqas ta’ sodod li hemm fl-isptar.

Skond Dr. Farruġia l-PN fil-gvern qered għal kollox kull ċans li l-bejt ta’ fuq ir-raba’ sular jintuża biex jinbena pjan ieħor jew biex jiġu nstallati pannelli solari forsi jnaqqsu xi ftit l-ammont tremend t’elettriku li jaħli dan l-isptar biex jiffunzjona.

Fil-fatt, l-isptar Mater Dei għandu bżonn elettriku daqs kemm juża Għawdex kollu u lanqas biss jistgħu jitwaħħlu miegħu apparat teknoloġiku li jgħinu jinġabar l-elettriku u s-sħana mill-medda kbira ta’ bjut li għandu.

Ir-raġuni hija li meta l-PN lestew lis-sptar, ittieħdet id-deċiżjoni minn xi għaref mill-ħafna għorrief li għandu dan il-gvern biex  is-servizzi kollha ta’ l-isptar jittellgħu fuq il-bejt u għalhekk mhemmx spazju fuq il-bjut biex jitpoġġew servizzi oħra. Minn naħa tal-bini ta’ sular ieħor, din impossibli għaliex ma jistgħux jitneħħew dawn is-servizzi u jitpoġġew x’imkien ieħor għax huma essenzjali biex l-isptar jiffunzjona.

Mhemmx dubju li din kienet mossa apposta biex jekk jitla’ gvern Laburista ma jkunx jista’ jsolvi l-problema tas-sodod billi jibni swali ġodda u juri x’tip ta’ nies huma l-Oligarkija ta’ Gonzipn.

Fl-aħħar mill-aħħar, ma nistgħux nistennew ppjanar aħjar minn nies li tawna sptar suppost ġdid li mhux ilaħħaq mad-domanda tan-nies u power-stejxin li mhiex tlaħħaq mad-domanda elettrika ta’ pajjiżna.

Biex jgħaxxquha u jkomplu juruna kemm huma esperti ta’ l-ippjanar u kontinwazzjoni minn amministrazzjoni għall-oħra, il-Ministru Joe Cassar li xeba’ jaqa’ għaċ-ċajt, tgħidx kemm ilu jgħid li se jirranġa s-saħħa primarja biex inaqqas il-pressjoni fuq l-isptar, iżda ċ-ċentri tas-saħħa li ngħalqu taħt il-Ministru Deguara magħluqa bil-lejl baqgħu u għalhekk bilfors li n-nies ikollhom imorru l-isptar.

Hija tassew sitwazzjoni tal-biki kif l-affarijiet fl-isptar Mater Dei ddeġeneraw daqshekk f’erba’ snin minn egħluq żmien il-Prim Ministru meta fetħu qabel l-elezzjoni li għaddiet u sejjaħ lil kulħadd biex imur jarah u juża s-servizzi tiegħu sal-lum. Ara llum qed jagħmel li jista’ biex in-nies ma jersqux lejn l-isptar.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 23, 2012 at 8:47 pm

    Din l-istorja hi konferma ta’ dak li kien qal Gonzi lill-Ambaxxatrici Amerikana, Bordonaro, li m’hemmx imħuħ kapaċi jmexxu l-gvern GonziPN.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: