Home > News > Il-vot tal-faqar ta’ Dun Joe Borg ‘Bejrut’ jiswa €25K+ fis-sena!

Il-vot tal-faqar ta’ Dun Joe Borg ‘Bejrut’ jiswa €25K+ fis-sena!

Fr Joe Borg

Aħna tal-Mazzun sa mill-ewwel ġurnata tagħna ħadniha qatta bla ħabel kontra l-ipokrezija tal-Knisja Kattolika Maltija, u ħdimna biex jgħaddi r-referendum tad-divorzju. Jekk hemm persuna li tippresonfika dan il-lat ħażin tal-Knisja dan żgur huwa Dun Joe Borg, magħruf bħala ‘Bejrut’, li bħala qassis missu jġib ruħu ferm differenti milli qed jagħmel. Jekk xejn, qed imur kontra l-vot tal-faqar li suppost ħa bħala qassis, għaliex talli jagħti l-pariri kif jitmexxa l-PBS qed jieħu mal-€25,000 fis-sena, kif żvelat il-Ministru tiegħu Dolores Cristina fil-Parlament! U jidher ovvju li l-PBS huwa forċina ta’ GonziPN u qed jitmexxa b’mod oxxen!

Aħna konna nippretendu li raġel akkademiku bħal Fr Joe Borg jagħti l-konsulenza tiegħu lill-Ministru Dolores Cristina dwar il-qasam tax-xandir pubbliku mingħajr ħlas jew inkella bi ħlas żgħir bħala ġest, peress li x-xandir pubbliku huwa ta’ servizz lin-nazzjon. Imma le, taħt GonziPN il-‘blue-eyed boys’, u nżidu aħna anke l-‘priests’, jitħallsu tajjeb tal-palata li jagħtuh. Allura talli Fr Joe Borg ġab ix-xandir pubbliku agħar milli kien Xandir Malta fis-Snin 80, u dan ma qalu ħadd ħlief Franco Debono ftit xhur ilu stess, qed jieħu €25,000 fis-sena. Dan apparti l-paga tajba li jieħu mill-universita’ bħala lecturer fil-komunikazzjoni u ħlasijiet oħra.

Issa jekk Fr Joe Borg, imlaqqam ‘Bejrut’ għaliex xebbaħ lil Malta tas-Snin 80 ma’ Bejrut żmien il-gwerra ċivili, jaħseb li dawn l-għexieren ta’ eluf ta’ euro ma jiksrux il-vot tal-faqar tiegħu, allura nfakkruh li l-Caritas, l-aġenzija tal-Knisja Maltija stess fejn hemm volontarjat ta’ vera u għajnuna lil min vera hu fil-bżonn, qed tgħid li l-paga minima tal-lum hija ftit wisq u qed iġġib t-tbatija!

Dak faqar Dun Joe, mela l-€25,000 li tieħu fis-sena talli tati pariri kif il-PBS ikun agħar minn ‘Dardir Malta’ tat-80ijiet!

U jekk tridu vera taraw kemm Fr Joe Borg qed jgħaddiha tajjeb, anke waqt il-kampanja tad-divorzju, araw din.  Qabar ta’ GonziPN imbajjad huwa understatement!

Advertisements
Categories: News Tags: , ,
  1. Joseph Cardona
    March 22, 2012 at 8:29 am

    Din tal-Knisja Kattolika Rumana hi ħolma tal-Papa Bonifaċju III. Il-Knisja mwaqqfa minn Ġesu’ hi dik Kristjana. Il-Kap hu Kristu u mhux il-Papa li hu sempliċement ‘caretaker’ li ma jista’ jmiss assolutament xejn mit-tagħlim ta’ Kristu u mit-teżori bibbliċi. Pietru u Pawlu spiċċaw f’Ruma għall-martirju għax l-Imperu Ruman kien jiggverna l-Art Imqaddsa u l-madwar. Kien wieħed mill-akbar u l-aktar setgħan.
    Dawk l-hekk imsejħa saċerdoti li ma jimxux mat-tagħlim kristjan m’għandhom id-dritt li jissejħu DUN, EĊĊELLENZA. EMINENZA, eċċ. Wara kollox l-Appostli kienu jissejħu b’isimhom u xejn aktar minhekk.

    Dwar il-faqar li ssemma, għadd ta’ saċerdoti huma sinjuri bil-karozza privata u b’midħla mħallta.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: