Home > Features, News > Maġistrat tagħmel xogħol il-pulizija fil-każ tal-qtil doppju f’tas-Sliema?

Maġistrat tagħmel xogħol il-pulizija fil-każ tal-qtil doppju f’tas-Sliema?

Ħadd m'għandu dubju li hemm xi ħaġa tinten fil-mod kif ġie nvestigat dan id-delitt makabru.

Il-maġistrata Edwina Grima m’aċċettatx l-investigazzjoni tad-delitt doppju ta’ l-Ewwel tas-Sena fejn Duncan Zammit u Nicholas Gera spiċċaw maqtula b’daqqiet ta’ sikkina.  Din titfa’ dawl xejn sabiħ fuq l-operat tal-pulizija li s-soltu f’każijiet bħal dawn ikunu professjonali u effiċjenti. Imma meta tisma’ li l-investigaturi għamlu ċertu omissjonijiet, per eżempju li ma tawx każ għall-pakkett sigaretti ta’ Gera li nstab fuq ix-xena ta’ delitt, bilfors tibda tissuspetta li kien hemm xi ħaġa tinten fl-investigazzjoni tal-pulizija.

Il-każ ħa żvolta importanti meta intervjeniet il-maġistrata Edwina Grima, pero’ l-każ għandu wkoll profil nazzjonalist mhux biss għal qtil doppju dakinhar ta’ festa, imma wkoll għaliex il-protagonisti tiegħu huma Anġlu Xuereb, negozjant magħruf b’simpatiji Nazzjonalisti,  u bintu Claire,  li tmexxi l-lukandi ta’ missierha u hija qrib ħafna tal-Ministru Dolores Cristina, li appuntata ċerperson ta’ l-Institut għall-Istudji Turistiċi.

Meta seħħ il-każ Anġlu Xuereb minnufih qabbad il-kumpanija tar-riklamar u marketing JPA biex tagħmel kampanja  li tpinġi lill-familja Zammit Xuereb bħala l-vittmi. Niftakru stejjer bħal “Marriage made in heaven” u titli simli li ppruvaw jagħtu l-impressjoni kemm wieħed mill-mejta, Duncan, u martu Claire kienu jinħabbu.  Dan iktar wassal biex il-ġurnalisti jxommu li hemm xi ħaġa minn taħt.

Fil-laqgħa li kellha Claire Zammit Xuereb mal-maġistrat hi baqgħet konsistenti fl-istorja tagħha li ma kienet taf assolutament xejn. Ammissjoni li sal-lum ħadd m’emminha minħabba l-anomaliji fil-każ. Ma kien hemm l-ebda dubju li Zammit Xuereb ma kenitx se tbiddel l-istorja tagħha għax sempliċiment kellimtha maġistrata. Jekk hemm it-taħwid u t-tgerfix fil-kaz u jekk Claire kellha rwol fil-każ li ma kienx sempliċement ta’ spettatriċi kif ħafna jissuspettaw, din mhux se tinkrimina ruħa billi tparla issa.

Bosta mhux qed jemmnu din il-verżjoni tal-każ li ngħatat: li kmieni filgħodu fl-Ewwel tas-Sena, Nicholas Gera telaq mix-xogħol, ħa ftit grokkijiet f’bar u mar l-apartament tal-familja Zammit Xuereb. Hu kien jaf eżatt li kien hemm bieb miftuħ fit-terrazzin u daħal minnu fil-penthouse. Ħataf sikkina jew tnejn mill-kċina u mar fil-kamra tas-sodda u beda jfajjar kemm jiflaħ lil Duncan Żammit li kien fis-sodda. Minkejja d-daqqiet tas-sikkina rnexxielu jimbuttaħ ‘l barra mill-kamra tas-sodda u t-tnejn waqgħu fuq xulxin u mietu f’għadira demm quddiem Claire li tiftakar li tat daqqa ta’ sikkina lil Nicholas biex tiddefendi r-raġel tagħha.

Wara tliet xhur, il-puliżija għadhom ma wieġbux fejn kienu u x’kienu qed jagħmlu Duncan Zammit u Nicholas Gera bejn 1.45 u 6.45 ta’ filgħodu!

Ma spjegawx għaliex Gera daħal fil-penthouse mingħajr arma jekk kif qalet Claire l-intenzjoni tiegħu kienet li jisraq jew joqtol?

Ma stabilixxewx jekk Gera u Duncan kienu jafu lil xulxin u kemm-il darba Gera daħal fil-penthouse?

Ma spjegawx għaliex Claire nsistiet li Gera kellu żewġ skieken meta hi stess tatu b’waħda mill-iskieken?

Ma ppublikawx ir-riżultati tad-DNA u l-marki tas-swaba fuq il-bieb ta’ barra u manku ta’ l-iskieken jekk kien hemm?

Ma nnegawx li jista’ jkun li Gera tħalla jidħol fil-penthouse u kien qed ipejjep u jixrob l-inbid ma’ Duncan waqt logħba biljard qabel bdiet il-ġlieda?

Ma qalux min uża ż-żewġ tazzi ta’ l-inbid li tħallew fuq il-mejda tal-biljard u pejjep iż-żewġ sigaretti mill-pakkett li tħalla fl-istess post?

Ma spjegawx għalfejn id-dewmien esaġerat biex isiru t-testijiet tad-DNA u l-marki tas-swaba meta f’investigazzjonijiet bħal dawn huwa kruċjali li tieħu kampjuni friski biex jagħtu l-aqwa riżultat?

Tgħid dan kien attentat apposta biex l-investigazzjoni tiġi mfixxkla u eventwalment titwaqqaf?

U kif ħadd mill-ħbieb u l-ġirien ma’ sema’ xejn meta hu magħruf li nstema’ l-għajjat, it-twerżieq u l-ġlied mill-appartament ta’ Zammit Xuereb qabel l-inċident?

Jidher ċar li kien hemm attentat biex dan il-qtil makabru jindifen u ma jiġix solvut, u dan jitfa’ dell ikrah fuq l-operat tal-pulizija u fuq il-gvern li lest li jagħmel kollox biex jiddefendi lil dawk li jappoġġjawħ u jagħtuh palata.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: