Home > Features > Żmien Knisja Privileġġjata Għadda

Żmien Knisja Privileġġjata Għadda

It-tnaqqis ta’ 38 post minn posizzjoni 14 sa 58 fuq l-iskala tal-liberta’ tar-Reporters Without Borders his serja għaliex turi kemm l-istat immexxi mill-PN u Lawrence Gonzi għadhom imkaħħlin mal-Knisja u lesti jibqa’ jagħtu r-reliġjon Kattolika l-privileġġi li kienet tgawdi ħamsin sena ilu għaliex sal-lum, jekk xi ħadd jagħmel offiża kontra r-reliġjon Kattolika Rumana jista’ jeħel sas-sitt xhur ħabs.

Bil-maqlub ta’ dan, jekk xi ħadd joffendi r-reliġjon Musulmana, Lhudija jew Protestanta ma jeħel xejn għax dawn ma jgawdux l-istess posizzjoni speċjali tar-reliġjon Kattolika fil-Kostituzzjoni Maltija. Din hija deskriminazzjoni reliġjuża li għadha tiġi prattikata minn stat suppost demokratiku u għalhekk ma nagħtuhomx tort lil tar-Reporter Without Borders li ppenaliżżaw lill-pajjiżna.

Iridu niftakru li l-liġi dwar il-vilifikazzjoni tar-reliġjon hija waħda qadima ġejja mis-sena 1933 u għalhekk għandha bżonn tiġi emendata waħda sew biex tilħaq il-livell tal-liġijiet moderni Ewropej. Il-gvern preżenti qatt m’għamel xejn biex jirranġaha din il-liġi bħalma sa ftit ilu ma kien għamel xejn biex jemenda l-liġi taċ-ċensura, u r-raġuni dejjem tkun li ma jridx ixellifha mal-Knisja li dejjem appoġġjatu.

Minħabba din il-liġi ġraw l-inċidenti tal-karnival tan-Nadur fl-2009 fejn xi żgħażagħ libsu ta’ qassisin u sfaw arrestati skond artiklu 338 tal-kodiċi kriminali u l-problemi ta’ ċensura tal-kitbiet fuq il-gażżetta Ir-Realta’ u t-twaqqif tad-dramm Stitching.

Anke d-deċiżjoni ta’ ftit jiem ilu biex il-Girgenti jingħata permess għall-iżvilupp meta nbena llegalment mill-ħbieb ta’ Ġuża tal-Girgenti turi kif awtoritajiet li jiġbdilhom l-ispaga l-gvern bħall-MEPA jipprovaw jaqdu kemm jistgħu l-Knisja u r-reliġjon Kattolika.

Dawn il-liġijiet ma’ jagħmlu xejn ħlief jagħtu ċerta mmunita’ lill-Knisja u niesa minkejja li kulħadd jaf li dawn mhumiex role-models morali. Anzi, għandhom nies li ġibdu stmerrija bl-istejjer tal-pedofilija tagħhom.

Il-liġijiet kontra d-dgħa m’għandhomx x’jaqsmu mal-liberta’ reliġjuża, l-aktar jekk din tintuża biex ixekkel il-liberta ta’ l-espressjoni bħalma ġara diversi drabi bil-barka tal-gvern.

Liġijiet li jipproteġu d-diskriminazzjoni jew il-mibgħeda t’individwi minħabba r-razza, l-orjentazzjoni sesswali, nazzjonalita’ jew opinjoni politika  ġew imexxija ‘l quddiem ftit ġimgħat ilu, mhux għax il-gvern jaqbel magħhom, iżda biex juri li qed jagħmel xi ħaġa wara l-kritika li qala.

Wara kollox, ma nistgħux nemmnu gvern li jipprova jikkonvinċina  kemm sar soċjalment pro-attiv f’daqqa waħda meta tant kaxkar saqajh fil-passat.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    August 19, 2012 at 9:46 am

    Nissokta dwar il-faqar kattoliku. Kristu għamel enfażi qawwija dwar l-imħabba għax hi l-imħabba li tiddistingwi l-veru nsara mill-pagani. Mela dan ifisser li l-kattoliċi Maltin huma pagani. Aslu sal-qrati u tħossu b’idejkom. L-isqfijiet PC u MG fejnhom ħalli jikkumentaw.
    Jien m’inix se naqta’ qalbi. Nistenna. Hemm aktar x’ingħid dwar il-kattoliċiżmu u l-vatikan.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: