Home > Features, Opinion > MEPA = IL-LAGĦQIN TA’ GONZIPN!

MEPA = IL-LAGĦQIN TA’ GONZIPN!

Din binja llegali li se tingħata l-legalita' minkejja li Gonzi, Austin Walker u l-MEPA darba qalu li mhux se jingħata permess għall-bini fl-ODZ. Imma issa drajna ma nemnux waħda milli jgħid Gonzipn.

Tiftakru kemm Gonzipn qal li se jirranġa l-MEPA wara l-ħniżrijiet li għamlet qabel l-2008?

Tiftakru l-ftaħir ta’ Gonzipn u ta’ Mario de Marco dwar ir-riforma finta tal-MEPA wara l-elezzjoni tal-2008?

Tiftakru l-ħniżrija tad-dar tal-President tal-PN mibnija f’nofs il-Baħrija?

Tiftakru s-supermarkit tal-LIDL li bena ċ-Ċaqnu F’Bir id-Deheb eżatt fir-rotta ta’ fejn jinżlu l-ajruplani fl-ajruport?

Tiftakru l-permessi lill-bini f’Wied il-Għasel u fil-Wied ta’ Marġa f’Għawdex?

Tiftakru t-twaqqiegħ ta’ Palazzo Gardens f’Ħal Għaxaq?

Tiftakru l-permess li għadhom kif taw lill-perit Carlo Schembri biex izid l-ogħli tal-penthouse u joħloq preċedent?

Tiftakru l-permess li tat lill-perit Philip Mifsud, Membru Parlamentari Nazzjonalista biex itella’ blokk apartamenti għoljin f’nofs Ħaż Żebbuġ minkejja li tmur kontra l-pjan lokali tal-MEPA stess?

U issa l-isbaħ waħda, il-permess lill-iżvilupp illegali tal-grupp Reliġjuż li kien jemmen lil Ġuża tal-Girgenti li kienet tgħid lin-nies biex iħarsu lejn ix-xemx ħa jagħmew u jaraw ħafna kuluri li skond hi kienu l-Madonna. Mhux talli hija oxxenita’ li grupp reliġjuż Kattoliku li suppost li jżomm mal-liġi aktar min-nies “ħżiena” qabdu u ħadu post b’mod illegali għax mara miġnuna kellha viżjoni u qalet li rat il-Madonna.

Bl-istess raġunar jekk Tonio Fenech jgħid li semgħa l-Madonna tkellmu f’nofs il-Kattidral ta’ San Ġwann, il-MEPA tagħtih permess jibni tinda b’100 bank żejjed, podium u alter, u jħalluh iħaffer fil-kennierja ħalli jagħmel store bħalma talbu d-dixxipli ta’ Ġuża tal-Girgenti?

Dan ifisser li għax tkun reliġjuż tista’ tikser il-liġi bħalma kissru l-liġi tal-boathouses meta ħadu art li mhiex tagħhom?

Mela min-naħa Gonzipn u l-MEPA jgħidu li jridu jipproteġu l-ambjent, iżda bil-fatti aktar joħolqu anomaliji biex aktar nies, għaqdiet u bażużli jkomplu jkissru l-ambjent!

Mhux ta’ b’xejn li qed jitlef kollox dal-gvern għax vera sar bla sens!

 

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 14, 2012 at 8:52 pm

    Kif għidt ma nafx kemm-il darba, Malta saret Miżbla.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: