Home > News > Gonzi ttarrax miskin … daqs kemm ilu jisma’!

Gonzi ttarrax miskin … daqs kemm ilu jisma’!

Il-vapur GonziPN laqat iceberg ieħor - l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-10 ta' Marzu! Dawn jiżdiedu mar-referendum tad-divorzju, Franco Debono eċċ

“Se mmexxi Gvern b’enerġija li jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet … irridu nkunu gvern viċin in-nies il-ħin kollu … irridu nkunu Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha … jien il-Prim Ministru tagħkom ilkoll. Hekk stqarr il-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’diskors mimli enerġija u fiduċja quddiem l-eluf li nġabru Fuq il-Fosos għall-Mass Meeting tar-Rebħa organizzat mill-Partit Nazzjonalista wara r-riżultat fl-elezzjoni ġenerali. Viżibilment sodisfatt u mimli kuraġġ għall-ġejjieni, l-Prim Ministru qal li issa rridu naħdmu bħala pajjiż wieħed biex il-poplu jkompli jimxi ‘l quddiem. Irridu naħdmu flimkien … ma’ l-Oppożizzjoni … iżda ukoll qrib il-korpi kostitwiti u l-unions. Wara din l-elezzjoni, sostna Lawrence Gonzi, rridu nisimgħu l-messaġġ li bagħat l-elettorat u nibqgħu nħarsu b’fiduċja lejn il-ġejjieni.” – maltarightnow.com – 12 ta’ Marzu 2008

“Fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-PN li kien jinkludi l-elezzjoni għal ħatra ta’ Kap tal-PN, liema elezzjoni wriet vot qawwi favur Lawrence Gonzi, l-Prim Ministru u Kap tal-PN Lawrence Gonzi ddeskriva dan ir-riżultat bħala wieħed pożittiv u li jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista hu partit li jgħix għan-nies, jaħdem man-nies u għall-familji Maltin u Għawdxin.” – maltarightnow – 26 ta’ Frar 2012

“The message to us all is that we need to hear what families are telling us,” Dr Gonzi told the press with the PN’s elected councillors sitting behind him. “We need to be closer to the people than we have been so far.” – The Times – 12 ta’ Marzu 2012

Lawrence Gonzi dejjem jgħid li jrid jisma’ lin-nies u li jrid ikun qrib il-poplu. Qal hekk wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2008 u reġa’ rrepeta l-istess ħaġa fl-aħħar ġimgħat, qisu ma ġara xejn f’dawn l-aħħar 4 snin, qisu ma kiex fil-gvern.

Issa drajnieh dal-ħafna paroli li “rridu nisimgħu lin-nies” u ċ-ċansijiet huma li lanqas il-manjieri edukati ta’ Simon Busuttil m’humiex se jwasslu ‘l bogħod. Fadal sena għall-elezzjoni ġenerali. Ħa naraw kemm se jkunu qrib in-nies, speċjalment dawk Nazzjonaliti biex iroxxu l-favuri,  postijiet tax-xogħol, promozzjonijiet, permessi u affarijiet bħal dawn forsi t-Titanic ma jkomplix jegħreq!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 13, 2012 at 8:25 am

    Meta vapur jarma jegħreq jissota jibqa’ nieżel u nieżel. Tiskatiljah u m’hemmx aktar x’tagħmel.
    GonziPN sa mill-bidunett beda bl-iżbalji, l-akbar wieħed l-ARROGANZA. Dal-gvern tela’ bi ħmerija ta’ 1500 vot u l-kostituzzjoni ffavurietu b’4 membri aktar. Mela kull wieħed sarraf 375 voti – tabilħaqq ċuċata goffa!. GonziPN huwa brodu f’dik li hi psikoloġija, tajjeb għat-tpaċpiċ u xejn aktar, qarrieqi fil-wegħdiet li jagħmel u llum anke ta’ madwaru qed jitilfu l-fiduċja fih u xejn aktar. Ir-riżultat hu dak li hu.

    Iż-żgħażagħ huma wara Franco u sabiex il-PN jerġa’ jieħu n-nifs, irid jinbidel fi FrancoPN!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: