Home > Features, Opinion > Legalizza ż-Żwieġ Bejn l-Istess Sessi

Legalizza ż-Żwieġ Bejn l-Istess Sessi

Għandu jkun hawn pressjoni biex jgħaddi bill favur iż-żwieġ bejn l-istess sessi u minħabba li dawn huma f'minorita', m'għandux ikun hemm referendum f'dan il-kas.

Aħna tal-Mazzun nixtiequ napplawdu lil Jeffrey Pulliċino Orlando talli għandu l-istonku jitkellem b’mod konkret fuq private member’s bill biex imexxi l-quddiem iż-żwieġ bejni koppji ta’ l-istess sess.

Nispera li wara l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali JPO jmexxi l-bill ‘il quddiem u nistennew li l-“Moviment tal-Moderati u l-Progressivi” immexxi minn Joseph Muscat jappoġġjah bħalma appoġġjah fil-kwistjoni tad-divorzju.

Aħna naqblu maż-żwieġ bejn persuni ta’ l-istess sessi għaliex inħossu li l-ebda gvern jew istituzzjoni bħall-Knisja m’għandhom dritt jiddettaw min għandu jħobb lil min.

Aħna m’għandna xejn kontra li l-Knisja żżomm mal-liġijiet tagħha fil-kwistjoni taż-żwieġ u s-sesswalita’, iżda m’għandha l-ebda dritt tisfurza dawn l-ideat fuq il-gvern għaliex dan suppost li huwa gvern ta’ kulħadd. Wara kollox, il-vot ta’ l-omosesswali jiswa’ daqs dak ta’ l-eterosesswali, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala ċittadin bl-istess drittijiet bħal ħaddieħor fi stat bħal Malta li suppost li hu demokratiku.

Huwa d-dmir tal-gvern li jipproteġi lil kulħadd bil-liġijiet tiegħu. L-introduzzjoni tar-reat tat-tip tal-hate crimes huwa pass ‘il quddiem, iżda l-gvern preżenti qagħad jistenna biex jissawtu u jiġu maltrattati nies omosesswali biex jqum mir-raqda u jiċċaqlaq ftit; u l-fatt li diversi elezzjonijiet jinsabu fil-qrib kellhom x’jaqsmu wkoll.

Il-Gvern preżenti ħolom bl-omosesswali dawn l-aħħar xhur minħabba t-terremot ta’ Franco Debono u minħabba l-għatx għall-poter għax minkejja li  hu gvern mimli b’persuni omosesswali fi ħdanu, xorta jibqa’ jkaxkar saqajh biex mmexxi drittijiet ta’ l-omosesswali ‘l quddiem.

Bħalma l-PN dejjem kien kontra d-divorzju, dejjem kien kontra l-omosesswali għas-sempliċi raġuni li dejjem kien mal-Knisja. Dawn l-aħħar xhur biss “ra d-dawl” għax jaf li għandu bżonn il-voti ta’ l-omosesswali.

Minn partit li tant għandu membri omosesswali huwa tassew aġir ipokrita li jipprova jagħmel xi ħaġa favur nies li għadhom emarġinati u mistmerra issa. U tinsewx min żergħa din il-mibgħeda lejhom: il-PN u l-Knisja.

Kull darba l-Knisja tgħid li l-omosesswalita’ hija ħażin u dnub, tkun qed tgħid li l-omosesswali huma ħżiena u dan awtomatikament idawwar in-nies kontrihom għaliex sfortunatament għad hawn ħafna li għadhom jisimgħu mill-Knisja.

Għalhekk il-Partit Laburista għandu opportunita’ tad-deheb ikompli joffri kenn li dawn in-nies bħalma diġa għamel billi waqqaf fergħa tal-LGBT.

Il-pass li jmiss hija li l-Partit Laburista joħroġ favur iż-żwieġ ċivili bejn nies ta’ l-istess sessi għaliex partit u gvern għandhom ikunu ta’ kulħadd u mhux tal-Kattoliċi jew in-Nazzjonalisti biss bħalma hu l-gvern preżenti Nazzjonalista.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 9, 2012 at 12:45 pm

    Li nista’ nafferma hu li l-Ġenesi hi ħafna ċara dwar dan il-każ. Sa mill-bidunett, Alla għamel ir-raġel u l-mara biex jingħaqdu u jsiru ġisem wieħed. Għalhekk hu ċar ħafna li m’hemm xejn barra min-natura li l-omosesswali jinħabbu bħal aħwa, iżda ma jistgħux jinħabbu f’għaqda sesswali. Dan l-atteġjament imur kontra l-pjan divin maħsub għas-sessi.

  2. GiovDeMartino
    April 14, 2012 at 8:24 pm

    Mur arani lili kieku nizzewweg lil p.e. Eddie Privitera! Mur arana reqdin fl-istess sodda!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: