Home > News > It’s the final countdown!

It’s the final countdown!

Bħal-lum 8 ta’ Marzu ta’ erba’ snin ilu saret l-elezzjoni ġenerali, li ntrebħet, kontra kif mistenni minn bosta, mill-Partit Nazzjonalista, anzi, minn GonziPN, bl-iżgħar distakk fl-istorja politika ta’ Malta. Dan ifisser ukoll li fadal sena biss taħt dan il-gvern Nazzjonalista li twieled fost ħafna wegħdi ta’ “par idejn sodi”, tnaqqis ta’ taxxi, u ħafna wegħdi oħra li qatt ma twettqu.

Li twettaq żgur kien €500 żjieda fil-ġimgħa għall-ministri minn wara dahar kulħadd, proġett ta’ Bieb il-Belt li nofs Malta ma tridux u li m’hemmx flus għalih, dejn nazzjonali kompla jikber, rati tad-dawl u l-ilma m’ogħla s-smewwiet, ribelljoni mill-back benchers Nazzjonalisti li staġnaw pajjiż, esponenti Nazzjonalisti li jixtiequ li omm l-avversarji politiċi tagħhom itihom attakk tal-qalb jew li impjegati Laburisti jingħataw paga inqas min-Nazzjonalisti, sptar Mater Dei “state of the art” imma b’7,500 pazjent fil-kuriduri matul l-2011 biss, TVM deskritt bħala agħar minn Xandir Malta tas-Snin 80 minn Franco Debono stess, Partit Nazzjonalista li l-Membri Parlamentari tiegħu jivvutaw kontra t-twettieq tar-rieda tal-poplu skont ir-referendum dwar id-divorzju, straġi fir-riforma tal-Arriva, skandlu tal-Power Station ta’ Delimara u l-Power Station tal-Marsa għadha miftuħa, gvern tal-PN li falla lill-Air Malta u ġab CEO barrani għaliha b’paga ta’ nofs miljun euro u minn fuq isejħilha “that crap of an airline”, u l-lista ma tispiċċa qatt. Jekk insejna xi ħaġa fakkruna!

Biex na ninsewx, ftakru ftit billi taraw dan il-video:

Advertisements
Categories: News Tags: , , , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: