Home > Opinion > Gonzi jaqbel mal-ħdura personali kontra l-Laburisti!

Gonzi jaqbel mal-ħdura personali kontra l-Laburisti!

Kemm aħna Nsara min jaf jarana!

Mela Julian Galea qal li jekk ikun jaf li tfajla Laburista, ma joħroġx magħha!

Miskin, naqra njorant għax issa li saru jafu kif jaħsibha, ħafna tfajliet Laburisti mhux se joħorġu miegħu u l-Labour għandu ħafna tfajliet sbieħ!

Apparti ċ-ċajt, trid tkun veru njorant, baħnan u aħdar biex titkellem hekk anke jekk tkun ma’ sħabek għax wara kollox f’laqgħa tal-Kunsill se toqgħod tgħid lil sħabek ma’ min tħobb toħroġ u ma toħroġ?

Joanna Gonzi aqwa minnu, imma dik nistennewha għax kunjomha Gonzi u matul l-istorja, nafu kif nies bil-kunjom ta’ Gonzi ttrattaw lill-Laburisti. Jidher li din il-mibgħeda hija verament ġenetika u tintiret skond l-arblu tar-razza!

It-tort kollu huwa ta’ Lawrence Gonzi li wiegħed stil ġdid tat-tmexxija meta tela’ fl-2008 u fil-fatt, veru tana stil ġdid tat-tmexxija bbażati fuq il-ħdura kontra l-Laburisti li issa qiegħda toħroġ fil-beraħ u kollha frott ta’ stil esklussiv li jippromovi apartheid partiġġjan mhux mal-Laburisti biss, iżda saħansitra ma’ Nazzjonalisti li ma’ jagħmlux parti miċ-ċirku tal-qalba ta’ l-Oligarkija tal-Ħażen magħżula minn Gonzi u magħmula minn RCC, Galea Curmi, DCG, Austin Gatt u l-brutta compagnia kollha!

Ma nafux jekk Joanna Gonzi qalet: Fuck them! lill-Laburisti għax xi naqra frustrata sesswalment allura trid li xi ħadd jaqdiha. Lanqas nafu għaliex għandha daqshekk ħdura kontra l-perit Martin Debono tant li tixtieq li jagħtih attakk f’qalbu lilu u lill-ommu. Min jaf forsi ttantatu u ma tahiex wiċċ?

U Gonzi qisu mhux hu, jidher fuq it-televiżjoni b’Julian Galea maġenbu jitbissem għax dan se joħroġ fuq Tas-Sliema. Dan juri kemm Gonzi japprova din il-ħdura bħalma approva dak li qalet Joanna Gonzi għaliex sal-lum ħadd mill-PN ma’ ħareġ japoloġizza għal dak li qalet.

Meta xi ħadd jibda’ jinfexx f’attakki u tgħajjir ta’ dan it-tip, ikun ifisser li wasal fix-xifer bħalma ġralu Gonzipn avolja jrid ibellgħielna li issa sar Poplupn.

Jekk dan veru, ikun raġel, jagħmel apoloġija fin-nom ta’ dawk li offendew lill-Kunsilliera Laburisti bi ħdura liema bħala u jġegħelhom jwaqqgħu l-kandidatura tagħhom.

Aħna nafu li Gonzi dan mhux se jagħmlu għax jaqbel mal-mod kif qed jaġixxu!

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 8, 2012 at 8:37 am

    Beauty lies in the eyes of the beholder (viewer); għalhekk il-baqra tinbiegħ kollha. Julian għadu żgħir u d-difetti fiżiċi fadlilhom biex joħorġu, imma għandu difetti kbar fil-karattru mnejjek għala GonziPN bħal tal-ħelwa Johanna Gonzi.
    Għada hemm ċans ikunu tal-PL fil-poter – kulħadd tad-demm u l-laħam u tajjeb li ħadd ma jqażżiżha…….aħjar bil-bosta nikkonċentraw fuq il-ħafna problemi li hawn. Ħaġ’oħra din li hawn min qed jiekol b’ħafna ħluq tajjeb li tinqata’ Il-ġid nazzjonali hemm bżonn jitqassam sewwa u li kulħadd iħallas daqs kemm jiflaħ.
    Wenżu żgur li ma jitkellimx dwar ċertu ‘ħmieġ’ li dejjem ħiereġ għax l-inkwiet beda minn ġewwa u għadu hemm, iżda l-PL kien li talab il-vot ta’ fiduċja f’GonziPN li spiċċa bniex ħallih sfiduċjat. Jekk il-kostituzzjoni ma taħsibx dwar sitwazzjoni mxellfa sewwa bħal din, allura għandna kostituzzjoni tajba għal Maltese Goats!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: