Home > News > Gvern li Falla l-Enemalta!

Gvern li Falla l-Enemalta!

Power-stejxin li wara 23 sena għadda ma' tħallsitx!

L-aħbar li Gonzipn ma’ ħallasx ċenteżmu wieħed mid-dejn ta’ l-ewwel power-stejxin li nbniet fl-1989 u li sa ħmistax-il sena wara ma baqgħetx tlaħħaq id-domanda taż-żieda fl-elettriku u kellha tibqa’ taħdem il-power-stejxin tal-Marsa, hija nkwetanti għal diversi raġunijiet.

Il-fatt li l-parlamentari Nazzjonalista Jesmond Mugliett ma qagħadx jiddejjaq jikxef fatt li kien sigriet għaliex kulħadd stagħġeb kif id-dejn ta’ l-ewwel power-stejxin tal-PN baqgħet ma tħallistx; hemm il-fatt li Mugliette ħass (b’mod korrett) li l-poplu għandu bżonn ikun jaf materja bħal din, l-aktar fl-ambitu tad-dejn inkredibbli ta’ 600 miljun ewro li għandha l-Enemalta.

Minn naħa l-oħra hija tassew stramba għaliex l-BWSC diġ tħallset 158 miljun ewro. Pero l-kuntratt tal-BWSC mill-ewwel deher li għoġbu ħafna lill-Gonzipn tant li aċċettaw li Joe Mizzi jieħu erba’ miljun ewro senserija li sal-lum baqgħu ma’ nafux eżatt għand min marru.

Ma nistgħux ninsew l-intoppi kbar ta’ Austin Gatt fil-parlament waqt li kien qed jiddiskuti l-kas il-Public Accounts Committeeli ma ried li Mizzi bl-ebda mod jixhed u kif f’daqqa waħda dan qabditu amnesija u konvenjament nesa’ kollox!?

Kulħadd infaqa’ jidħak kif semgħa li Mizzi kien ġab l-isem tal-kuntrattur li nzerta li kien Nażżareno Vassallo mill-paġni s-sofor. Dawn ħasbu li kulħadd beċċun u se jibla’ kull ma jgħidulhom il-makna tal-qerr u gideb ta’ Gonzipn.

Iżda l-oxxenita’ l-kbira hija bla dubju d-dejn tremend ta’ l-Enemalta u dan jispjega wkoll kif il-wegħda tal-gvern li jinvesti f’enerġija alternattiva qatt ma mmaterjaliżżat. Gonzipn ma jaffordjax li jkompli jżid id-dejn ta’ l-Enemalta billi jinvesti f’enerġija alternattiva minkejja li jrid hemm il-miri ta’ l-UE li rridu niġġeneraw 10% ta’ l-enerġija tal-pajjiż minn għejjun nodfa sas-sena 2020.

Ċajta oħra godda hija li mhux se jżid il-prezz tad-dawl u l-ilma għaliex ma jridx ikompli jgħaffeġ il-familji Maltin. Nesa kemm qal li se jivvota favur li jogħlew il-kontijiet bil-qalb. Nesa wkoll li kemm il-petrol kif il-gass reġgħu għolew il-ġimgħa li għaddiet.

Mugliett qal li l-poplu Malti ħaqqu jkun jaf il-verita’ għaliex fl-aħħar mill-aħħar hu se jispiċċa jħallas id-dejn kbir li sar li dawk li suppost jieħdu ħsieb is-sostenibilita’ finanzjarja ta’ l-Enemalta m’għamlu xejn biex isolvu din il-problema minkejja l-pagi kbar li għandhom.

Ma’ dan iridu nżidu li wara erba’ snin, l-istess nies baqgħu m’għamlu xejn biex inaqqsu d-dipendenza ta’ l-Enemalta fuq fjuwils magħmula miż-żejt li l-ħin kollu jogħlew fil-prezz.

Fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jista’ jemmen lil Fenech jew lil Gonzi li mhux jgħolli l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma għax jiddispjaċieħ għall-poplu li dawn l-aħħar erba’ snin għaddieħ minn martirju. Gonzi l-istess għamel qabel l-elezzjoni ta’ 2008 biex ftit xhur wara li tela’ għolla l-prezz tad-dawl u l-ilma b’astronomiku.

Veru kas li ma tistax’ tafdah!

Advertisements
  1. James Debono
    January 14, 2013 at 4:40 pm

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: