Home > Opinion > Gonzipn vs Poplupn

Gonzipn vs Poplupn

Sa fejn naf jien, gvern jitla’ bis-saħħa tal-poplu, iżda fl-2008 tela’ fuq is-saħħa tal-personalita’ ta’ Gonzi u nistiednu lilkom il-qarrejja taraw f’liema stat ninsabu.

Fl-aħħar elezzjoni, Gonzi kellu kollox favurieħ u għalhekk tela’. Kap ta’ l-Opposizzjoni marid serjament, organizazzjoni tajba fl-użu tas-siti elettroniċi, kważi għoxrin sena ta’ pjaċiri, favuri u allejati opportunisti, il-midja, il-Korpi Kostitwiti, il-Knisja … insomma l-forzi kollha li ma jridu bl-ebda mod li ċ-ċittadin komuni jkollu ftit tas-saħħa fit-tmexxija tal-pajjiż.

Lis-slogan ta’ Gonzipn kien wieħed tajjeb ħafna għaliex Lawrence Gonzi hu politiku makak, iżda kif induna hu stess, Gonzipn mill-ewwel beda jsir mażżra m’għonqu għax hemm limitu kemm tista’ twaħħal deċiżjonijiet żbaljati fl-Awtoritajiet jew Aġenziji suppost “independenti” meta huma lkoll każini Nazzjonalisti mmexxija b’lgħaqa tat-tip “yes-men” jaqilgħu l-belli liri u skoss perkaċi.

Din bħall-għoli tad-dawl u l-ilma, l-ewwel reazzjoni tal-gvern kien biex in-nies imorru jgergru għand l-Awtorita’ Maltija tar-Riżorsi għax hi approvathom, iżda llum nafu li dawn l-Awtoritajiet jagħmlu dak li jgħidilhom il-gvern.

Ejja nieħdu l-MEPA li Gonzi tela’ bl-għajta li se jirranġaha u vera rranġaha għall-frisk għax ġiet agħar milli kienet wara l-korruzzjoni kollha li fnietha taħt it-tmexxija tal-perit taċ-Ċaqnu, Catherine Galea u l-Bord tal-MEPA li spiċċa faqa’ l-Outside Development Zone bil-bini biex jiġu aġevolati skoss Nazzjonalisti tal-qalba nkluż Gonzi stess li kellu l-propjeta’ f’din iż-żona.

Gonzipn ġej ukoll mill-kult tal-persuna li bena madwaru Gonzi l-aktar meta fetaħ l-isptar li faqqar lil Malta bis-spiża ta’ 700 miljun ewro f’egħluq sninu!

Kif Franco Debono ġibidlu l-attenzjoni li għandu jġiegħel numru ta’ ministri li xebgħu jgħaffġu jirriżenjaw, Gonzi qallu li jieħu r-risponsabilita’ tagħhom fuq spalltu. Iżda din ir-risponsabilita’ dejjem hemm kienet għaliex hu ppreżenta ruħu bħala l-fus tal-partit u hu għażel il-ministri ta’ din il-leġislatura. Ma kien qed jagħmel pjaċir lil ħadd jgħidilna li se jieħu r-risponsabilita’ tal-fallimenti fuqu, ħalliha li dan il-Prim Ministru perfett għax qatt ma jammetti għamel żball.

Għalhekk lis-slogan fjakk li pprova jvara waqt l-elezzjoni finta għall-kap tal-Partit ta’ Poplupn huwa slogan vojt għaliex il-PN taħt Gonzi qatt ma kien partit tal-poplu, iżda ta’ dawk il-ftit magħżulin għaċ-ċirku ta’ ġewwa li fil-fatt ġibdu kritika mingħand kulħadd, inkluż ħafna MPs, Nazzjonalisti u personaġġi li kienu attivi fil-PN.

Il-problema l-kbira hija li din tal-Poplupn ġiet tard wisq. Gonzi missu rema’ lis-slogan ta’ Gonzipn fil-bidu tal-leġislatura jew meta Joseph Muscat beda konsistentament jgħaddieħ fil-popolarita’ ħalli ma tibqgħax tniżżlu ‘l isfel bħal ankra.

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 5, 2012 at 2:30 pm

    Gonzi hu makakk kemm iridu l-poplu fil-maġġuranza tiegħu. Jekk il-maġġuranza tippreferi tkun salt merħla mogħoż affari tagħhom. Il-makakkerija tiegħu llum indrat sewwa, dejjem l-istess diska, itawwal kemm jista’ u aktar ma jtawwal, aktar qed jaħli l-munizzjon għall-battalja elettorali. Ir-riżultat tal-kunsilli għal darb’oħra se jkun sinjal ċar ta’ kif jaħsibha l-poplu. Naraw.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: