Home > Opinion > Kollox bl-Għoli!

Kollox bl-Għoli!

Wasalna fi stat fejn cilindru gas normali li jintużaw id-dar t’għoxrin kilo sar jiswa kważi 20 ewro. Tinsewx li sa sentejn ilu dan kien jiswa 4.5 ewros u wara li l-gvern ta’ Gonzipn illiberaliżża l-gass u twaqqfu żewġ kumpaniji, il-prezz tal-gass kważi ogħla bi tlett darbiet.

F’Malta kollox bil-maqlub!

Jinqatgħu l-monopolji u l-affarijiet jogħlew minflok jorħsu.

Sal-lum, il-prezzijiet tas-servizz tal-mobajl u l-internet għadhom għoljin meta mqabbla ma’ pajjiżi barranin Ewropej minkejja li hawn ħafna operaturi f’pajjiża, qishom jifthemu ma’ xulxin biex il-prezz ma jraħħsuħx iżżejjed.

Semmu xi servizz u araw jekk huwiex ferm aktar għoli min barra: il-mediċini, il-kotba, il-magażines u l-ġurnali, l-ikel, il-frott, l-elettronika … u minkejja li l-gvern qiegħed jiftaħar li m’għoliex il-prezz tad-dawl, dan m’għamlux għax toħroġ qalbu għall-poplu Malti, iżda għax jaf li ġimgħatejn oħra jaslu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u ma jaqla’ xeba’ akbar milli se jaqla’!

Dan tant hu minnu li l-gass kellu jerġa jogħla biex ċilindru ta’ l-għoxrin kilo jiġi jiswa 19-il ewro, iżda jidher li l-gvern ta’ struzzjonijiet lill-Awtorita’ “Independenti” Maltija ta’ Riżorsi biex toħroġ iż-żieda wara l-elezzjoni tal-Kunsilli biex jivvotawlu.

Issa ħa naraw kemm hawn f’boloħ f’dan il-pajjiż li għadhom jemmnu l-wegħdi u l-kliem fieragħ ta’ Gonzipn?

Kemm hawn min jemmen li l-immaniġġjar bawżi ta’ l-Enemalta li reġa ġabilha ċertifikat ħażin u dejn inkredibbli ta’ 600 miljun ewro ma kienx tort ta’ gvernijiet Nazzjonalisti?

Kemm hawn min se jemmen li l-gvern ħanin Nazzjonalista se jerfa’ l-piż ta’ 25 miljun Ewro u mhux se jerġa jgħolli d-dawl u l-ilma għax issa l-poplu ħallas biżżejjed?

Hawn xi ħadd li jista’ jemmen li Gonzipn jagħmel xi ħaġa għalina l-poplu jew għall-ħtiġijiet politiċi tiegħu–li jibqa’ ggranfat mal-poter?

Advertisements
  1. Joseph Cardona
    March 3, 2012 at 7:34 am

    Tinsewx li Malta hi pajjiż għeri għa;kollox mir-riżorsi naturali. Dan ifisser li għandna EKONOMIJA PARASSITA ċjoe’ ngħixu mis-serq. Kulħadd jara kif jobormok ħaj

    U biex inkomplu nqażżuha niftaħru li l-pajjiż hu kattoliku ruman. Jaqq!

  2. Joseph Cardona
    March 3, 2012 at 3:17 pm

    irrid bil-qawwa kollha nagħmel enfażi’ sħiħa u li tasal. L-hekk imlaqqma KATTOLIĊI RUMANI huma persuni li għandhom u jużaw standard kull minuta kif jogħġob lilhom. Din hi ĦNIŻRIJA u MHUX KONVINZJONI RELIĠJUŻA. KRISTU SEJĦILHOM OQBRA MBAJDA mimlija ntiena qawwija minn ġewwa u FARIŻEJ li kienet setta b’saħħitha tant li ġegħlet lil Pilatu jasal biex isallab lil Kristu. Dawn għall-poplu, il-ħnieżer kienu annimali maħmuġin, imma huma kienu jikluhom bil-moħbi ġewwa djarhom tant li kienu jrabbuhom.

    Darba Kristu keċċa 100 demonju minn persuna imxajtna. Xeħithom f’100 ħanżir mhux għax Kristu kien jobgħod lill-ħnieżer iżda għax kienj kontra l-Fariżej għall-mod moqżież li kienu jġibu rwieħhom…jippriedkaw mod u jagħmlu l-oppost! U hawn x’qed naraw. U għaliex dawk il-protesti kontra Beneditti XVI?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: