Home > News, Opinion > L-Interdett: biex ma ninsew qatt

L-Interdett: biex ma ninsew qatt

Jekk hawn min irid jibqa’ jfakkar il-passat, allura tajjeb li niftakru l-passat kollu u mhux dak li jrid hu biss. Ma nistgħux ma ninsewx dak li ġara 50 sena ilu eżatt meta, fl-hekk imsejjaħ ‘Frar l-Iswed’, saret elezzjoni ġenerali f’Malta li baqgħet imniżżla fl-istorja ta’ Malta. Dan għaliex il-Knisja ta’ dak iż-żmien immexxija minn l-Arċisqof Mikiel Gonzi mponiet id-Dnub il-Mejjet, l-agħar dnub li Nisrani jista’ jwettaq, fuq kull min jivvota lill-Partit Laburista ta’ Dom Mintoff.

L-istorja nafu kif żvolġiet, imma tajjeb li ma ninsew qatt it-tbatija li għaddew minnha missirijietna, dawk li ndifnu fil-Miżbla, dawk li żżewġu fis-sagristija tal-Knisja, dawk li ġew imżebilħa minħabba t-twemmin politiku tagħhom, dawk li approfittaw ruħhom politikament mis-sitwazzjoni u dawk li sal-lum għaddew fil-parlament u jixtiequ li għadhom f’dak iż-żmien b’allejat li min għalihom bih qatt ma jistgħu jitilfu l-poter.

L-attitudni kerha u negattiva tal-Knisja ppruvat terġa’ tgħolli rasha sena ilu eżatt meta kien se jsir ir-referendum dwar id-divorzju. Aħna stess konna ħriġna ngħajjtu li kellna “Interdett fl-era tal-Internet”, għax reġgħet intużat l-arma tal-biża’ bid-Dnub il-Mejjet. Fortunatament Malta sekulari u progressiva rebħet sena ilu u tinsewx li reġgħet rebħet minkejja li l-PN kien kontrihom. Biex dawn ir-rebħiet ma jintilfux, ma rridux ninsew. Ara dawn il-videos biex tiftakar minn xhiex għaddew missirijietna u l-kliem ta’ Mintoff li kien jgħid naħfru iva, ninsew qatt!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: